Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 18 ta' April 2019 - Strasburgu

2. Avviż mill-Presidenza

B'segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju bejn assistenti parlamentari akkreditati, minn naħa, u Membri tal-Parlament Ewropew, mill-oħra, b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet miktuba tal-Membru kkonċernat u wara li semagħha, il-President iddeċieda li jimponi sanzjoni kontra Maria João Rodrigues, skont l-Artikolu 11(6), u l-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura, b'segwitu għall-imġiba tagħha lejn l-assistent parlamentari akkreditat tagħha, li tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku. Is-sanzjoni tikkonsisti fi twissija.

Id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-Membru kkonċernat il-ġurnata ta' qabel, u hi tista' tintroduċi appell intern kontra d-deċiżjoni lill-Bureau, skont l-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament. Dan l-appell jissospendi l-applikazzjoni ta' din is-sanzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza