16. Approvazzjoni tal-Minuti u trażmissjoni tat-testi adottati
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
Minħabba li din kienet l-aħħar seduta prevista għal-leġiżlatura attwali, il-President ippropona lill-Parlament li jagħti deroga tal-Artikoli 192 u 193 tar-Regoli ta' Proċedura u li japprova minn issa l-Minuti tas-seduta tal-lum kif ukoll li jittrażmetti lid-destinatarji t-testi adottati tal-perjodu attwali tas-sessjoni.
Il-Parlament qabel ma' din il-proċedura u approva l-Minuti.
° ° ° °
Elena Valenciano kienet skużata għas-seduti tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2018.
Curzio Maltese kien skużat għall-perjodi ta' sessjoni minn Settembru 2018 sa April 2019.