Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019 - Strasburgu

PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2019 - 2020

Dati tas-seduti: 2 - 4 ta' Lulju 2019

STRASBURGU

MINUTI

IT-TLIETA 2 TA' LULJU 2019

PRESIDENZA: Antonio TAJANI

1. Ftuħ tas-seduta (l-ewwel seduta tal-Parlement li għadu kemm ġie elett)
CRE

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 10.05.

B'konformità mal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, u l-Artikolu 154(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Antonio Tajani (il-Membru li qed jeżerċita l-presidenza b'mod proviżorju b'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regoli ta' Proċedura) iddikjara miftuħa l-ewwel seduta tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet, u għamel diskors qasir.

Il-Parlament sema' l-innu Ewropew li ndaqq mill-kwartett Avena u tkanta mill-kantanta Anaïs Yvoz.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Settembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza