Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 3k
Il-Ħamis, 4 ta' Lulju 2019 - Strasburgu

3. Elezzjoni tal-kwesturi tal-Parlament
Rapporti Verbatim

B'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regoli ta' Proċedura, saret l-elezzjoni tal-kwesturi.

Il-President ħabbar li kien irċieva l-kandidaturi li ġejjin għall-elezzjoni tal-kwesturi: Monika Beňová, Gilles Boyer, David Casa, Karol Karski u Anne Sander.

Il-kandidati kkonfermaw li jaqblu.

Il-President informa li minħabba li l-għadd ta' kandidati ma kienx akbar mill-għadd ta' siġġijiet li jridu jimtlew, il-kandidati ġew eletti b'akklamazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regoli ta' Proċedura. Huwa kkonferma li se ssir votazzjoni sigrieta, b'konformità mal-Artikolu 18 u l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta' Proċeduta, permezz ta' votazzjoni elettronika, sabiex tiġi stabbilita l-ordni ta' preċedenza. Huwa informa lill-Assemblea dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjoni:

- votanti: 574

- poloz vojta jew imħassra: 71

- voti mitfugħa: 503

Kisbu, fl-ordni fejn l-għadd ta' voti miksuba dejjem jiċkien:

Anne Sander: 407 voti

Monika Beňová: 391vot

David Casa: 391 vot

Gilles Boyer: 317-il vot

Karol Karski: 261 vot

B'konformità mal-Artikolu 18 u l-Artikolu 17(2) tar-Regoli ta' Proċedura, l-ordni ta' preċedenza tal-kwesturi tiġi stabbilita skont l-ordni ta' kif ġew eletti, u, fil-każ ta' għadd indaqs ta' voti, skont l-età.

(Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti.)(Anness 2 tal-Minuti tad-data 4.7.2019)

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 9.19.)

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza