Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, informa lill-Parlament li hu ċeda s-siġġu tiegħu fil-Parlament b'effett mit-2 ta' Lulju 2019.
Il-Parlament ħa nota tal-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri b´suffraġju universali dirett, din il-funzjoni hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, b'konformità mal-Artikoli 4(1) u 4(4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata li s-siġġu tiegħu kien battal b'effett mit-2 ta' Lulju 2019.
° ° ° °
Jeppe Kofod inħatar Ministru tal-Affarijiet Barranin tad-Danimarka b'effett mis-27 ta' Ġunju 2019.
Il-Parlament ħa nota tal-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri b´suffraġju universali dirett, din il-funzjoni hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, b'konformità mal-Artikolu 3(2), it-tieni inċiż u l-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata li s-siġġu tiegħu kien battal b'effett mit-2 ta' Lulju 2019.