Kyriakos Velopoulos ġie elett bħala deputat fil-parlament nazzjonali tal-Greċja b'effett mis-7 ta' Lulju 2019.
Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, bi qibl mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu b'effett mis-7 ta' Lulju 2019.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti Netherlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Lara Wolters minflok Frans Timmermans bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 4 ta' Lulju 2019.
L-awtoritajiet kompetenti Griegi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Emmanouil Fragkos minflok Kyriakos Velopoulos bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 10 ta' Lulju 2019.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Lara Wolters u Emmanouil Fragkos jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.