Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 3k
It-Tnejn, 15 ta' Lulju 2019 - Strasburgu

8. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Lulju II 2019 (PE 640.119/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

It-talba tal-Grupp GUE/NGL biex ma jiddaħħalx id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (punt 26 tal-PDOJ) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta': Idoia Villanueva Ruiz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba u Michael Gahler kontra t-talba.

B'VSI (83 vot favur, 142 kontra, 72 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-Erbgħa

It-talba tal-Grupp GUE/NGL biex fl-aġenda jiddaħħlu bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar, wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar iż-żona ta' arja nadifa fil-bliet tal-UE (punt 32 tal-PDOJ), id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Mercosur.

Interventi ta': Idoia Villanueva Ruiz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba u Christophe Hansen kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta din it-talba.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Interventi ta': Chris Davies, President tal-Kumitat PECH, Robert Rowland u Claire Fox.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza