Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
It-Tnejn, 16 ta' Settembru 2019 - Strasburgu

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Wara l-mewt ta' André Jorge Dionísio Bradford, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mid-19 ta' Lulju 2019, skont l-Artikolu 4(1) u (6), tar-Regoli ta' Proċedura.

Roberto Gualtieri nħatar Ministru għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Gvern tal-Italja b'effett mill-5 ta' Settembru 2019.

Il-Parlament ħa nota, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, li dan ir-rwol mhuwiex kompatibbli ma' dak ta' Membru Ewropew u, skont l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, jistabbilixxi l-post vakanti tiegħu b'effett mill-5 ta' Settembru 2019.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Daniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Marianne Vind minflok Jeppe Kofod bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 2 ta' Lulju 2019.

L-awtoritajiet kompetenti Portugiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Isabel Carvalhais minflok André Jorge Dionísio Bradford, bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data tat-3 ta' Settembru 2019.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Marianne Vind u Isabel Carvalhais għandhom jidħlu fil-kariga fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu u għandhom igawdu mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, kemm-il darba jkunu ffirmaw minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza