10. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat CULT biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura:
— riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019, dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0323;
— riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019, dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0324;
— riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019, dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 (COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0150.
Il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li jikkostitwixxu l-mandat ta' dawn in-negozjati huma disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament.