Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
It-Tnejn, 16 ta' Settembru 2019 - Strasburgu

11. Avviż tal-Presidenza – Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
Rapporti Verbatim

Il-President informa lill-Membri li sejħa għan-nominazzjonijiet għall-elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tat-30 ta' Awwissu li għadda u li t-terminu biex jintbagħtu n-nominazzjonijiet lill-President jagħlaq fit-30 ta' Settembru 2019.

Il-President fakkar li, skont l-Artikolu 231(2) tar-Regoli ta' Proċedura, kull nominazzjoni għandu jkollha l-appoġġ ta' mhux inqas minn erbgħin Membru li jkollhom nazzjonalità ta' mhux inqas minn żewġ Stati Membri, u li mhuwiex permess li jingħata l-appoġġ lil aktar minn nominazzjoni waħda. Jekk Membru jagħti l-appoġġ tiegħu lil aktar minn nominazzjoni waħda, l-ebda appoġġ minnhom ma jiġi kkunsidrat. Ladarba tintbagħat in-nominazzjoni lill-President, ma jkunx possibbli aktar li din tiġi rtirata jew li tiżdied firma ta' appoġġ.

In-nominazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa kollha jitressqu mill-President lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Dan tal-aħħar se jorganizza, f'Diċembru, seduti ta' smigħ biex jisma' lill-persuni nominati. Is-smigħ għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha.

Il-President għarraf ukoll li l-elezzjoni hija attwalment prevista għas-sessjoni parzjali ta' Diċembru 2019.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza