Indiċi 
Minuti
XML 150kPDF 253kWORD 76k
It-Tnejn, 16 ta' Settembru 2019 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.In memoriam
 4.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 5.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 6.Kompożizzjoni tal-Parlament
 7.Verifika tal-kredenzjali
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Avviż tal-Presidenza – Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew
 12.Dokumenti mressqa
 13.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 14.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 15.Ordni tal-ħidma
 16.Is-sitwazzjoni tal-foresti tal-UE (dibattitu)
 17.L-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi (dibattitu)
 18.Is-sitwazzjoni f'Hong Kong (dibattitu)
 19.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 20.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 21.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis, 18 ta' Lulju 2019 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.11.


3. In memoriam

Il-President, f'isem il-Parlament, fakkar it-tifkira ta' André Jorge Dionísio Bradford, Membru tal-Parlament Ewropew li miet għall-għarrieda.


4. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-għargħar reċenti fi Spanja li rriżulta f'ħafna ħsarat u darab bosta persuni.

Il-President esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-familji tal-vittmi u ta ġieħ lis-servizzi ta' emerġenza.

Il-Parlament osserva minuta silenzju f'ġieħ il-vittmi tal-għargħar u biex ifakkar it-tifkira ta' André Jorge Dionísio Bradford.

°
° ° °

Intervent ta': Kati Piri.


5. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

°
° ° °

Intervent ta': Demetris Papadakis.


6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Wara l-mewt ta' André Jorge Dionísio Bradford, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mid-19 ta' Lulju 2019, skont l-Artikolu 4(1) u (6), tar-Regoli ta' Proċedura.

Roberto Gualtieri nħatar Ministru għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Gvern tal-Italja b'effett mill-5 ta' Settembru 2019.

Il-Parlament ħa nota, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, li dan ir-rwol mhuwiex kompatibbli ma' dak ta' Membru Ewropew u, skont l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, jistabbilixxi l-post vakanti tiegħu b'effett mill-5 ta' Settembru 2019.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Daniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Marianne Vind minflok Jeppe Kofod bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 2 ta' Lulju 2019.

L-awtoritajiet kompetenti Portugiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Isabel Carvalhais minflok André Jorge Dionísio Bradford, bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data tat-3 ta' Settembru 2019.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Marianne Vind u Isabel Carvalhais għandhom jidħlu fil-kariga fil-Parlament Ewropew u fil-korpi tiegħu u għandhom igawdu mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, kemm-il darba jkunu ffirmaw minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


7. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jivvalida l-mandati ta' Hannes Hanso u Pablo Arias Echeverría b'effett mill-4 ta' April u mill-21 ta' Mejju 2019 rispettivament, sal-aħħar tat-8 leġiżlatura, it-2 ta' Lulju 2019 fl-10.00.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-gruppi PPE, S&D, Verts/ALE, ID u ECR kif ukoll mis-segretarjat tal-Membri mhux affiljati d-deċiżjonijiet li ġejjin li jemendaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat INTA: Emmanouil Fragkos

Kumitat BUDG: Dimitrios Papadimoulis minflok Younous Omarjee

Kumitat ECON: Irene Tinagli

Kumitat EMPL: Marianne Vind minflok Niels Fuglsang

Kumitat AGRI: Isabel Carvalhais

Kumitat PECH: Manuel Pizarro

Kumitat PETI: Emmanouil Fragkos

Sottokumitat SEDE: Kris Peeters minflok Michael Gahler

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja: Gunnar Beck minflok Nicolaus Fest, Sylvie Guillaume minflok Eric Andrieu

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Palestina: Susanna Ceccardi ma baqax membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Mashrek: Elena Lizzi minflok France Jamet

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija: Ryszard Czarnecki minflok Peter Lundgren

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: Isabel Carvalhais

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada: Mircea-Gheorghe Hava minflok Francisco José Millán Mon

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja: France Jamet minflok Nicolas Bay

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Asja tan-Nofsinhar: Hélène Laporte, Francisco José Millán Mon minflok Mircea-Gheorghe Hava

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u mal-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): Mathilde Androuët minflok Thierry Mariani, Susanna Ceccardi minflok Christine Anderson

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana: Marianne Vind minflok Niels Fuglsang

Delegazzjoni għall-Kumitati Parlamentari għall-Kooperazzjoni UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan u UE-Użbekistan u delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet mat-Taġikistan, it-Turkmenistan, u l-Mongolja: Ivo Hristov

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Parlament Panafrikan: Juozas Olekas

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE: Lukas Mandl

Delegazzjoni għall-kumitat parlamentari ta' stabilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni UE-Serbja: Dominique Bilde, Julie Lechanteux ma baqax membru

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: Dan Nica minflok Tudor Ciuhodaru

Delegazzjoni għall-kumitat parlamentari ta' stabilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni UE-Montenegro: Julie Lechanteux minflok Dominique Bilde

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Maxette Pirbakas

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Tiziana Beghin minflok Rosa D'Amato, Gilbert Collard minflok Joëlle Mélin

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: Nikos Androulakis, Nicolas Bay minflok Hélène Laporte, Georg Mayer minflok Roman Haider, Marco Zullo minflok Tiziana Beghin

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Thierry Mariani, Viola Von Cramon-Taubadel

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO: Anna Bonfrisco minflok Lars Patrick Berg

Dawn id-deċiżjonijiet jibdew ikollhom effett mill-ġurnata tal-lum.


9. Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-kumitati responsabbli ressqu dawn ir-rettifiki ta' testi approvati mill-Parlament Ewropew:

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0366 għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni P8_TA-PROV(2019)0366 (COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD)) – Kumitat JURI;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0361 għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi P8_TA-PROV(2019)0361 (COM(2018)0365 – C8-0383/2018 – 2018/0189(COD)) – Kumitat JURI;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0346 għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-4 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq P8_TA-PROV(2019)0346 (COM(2018)0274 – C8-0196/2018 – 2018/0129(COD)) – Kumitat TRAN;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0387 għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni P8_TA-PROV(2019)0387 (COM(2016)0551 – C8-0345/2016 – 2016/0264(COD)) – Kumitat EMPL.

Skont l-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati ħlief jekk, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jitolbu li jitressqu għall-votazzjoni.

Ir-rettifiki huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


10. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet li ġejjin tal-Kumitat CULT biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura:

—   riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019, dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0323;

—   riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019, dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi "Erasmus": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0324;

—   riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019, dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 (COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0150.

Il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li jikkostitwixxu l-mandat ta' dawn in-negozjati huma disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament.


11. Avviż tal-Presidenza – Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew

Il-President informa lill-Membri li sejħa għan-nominazzjonijiet għall-elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tat-30 ta' Awwissu li għadda u li t-terminu biex jintbagħtu n-nominazzjonijiet lill-President jagħlaq fit-30 ta' Settembru 2019.

Il-President fakkar li, skont l-Artikolu 231(2) tar-Regoli ta' Proċedura, kull nominazzjoni għandu jkollha l-appoġġ ta' mhux inqas minn erbgħin Membru li jkollhom nazzjonalità ta' mhux inqas minn żewġ Stati Membri, u li mhuwiex permess li jingħata l-appoġġ lil aktar minn nominazzjoni waħda. Jekk Membru jagħti l-appoġġ tiegħu lil aktar minn nominazzjoni waħda, l-ebda appoġġ minnhom ma jiġi kkunsidrat. Ladarba tintbagħat in-nominazzjoni lill-President, ma jkunx possibbli aktar li din tiġi rtirata jew li tiżdied firma ta' appoġġ.

In-nominazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa kollha jitressqu mill-President lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Dan tal-aħħar se jorganizza, f'Diċembru, seduti ta' smigħ biex jisma' lill-persuni nominati. Is-smigħ għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha.

Il-President għarraf ukoll li l-elezzjoni hija attwalment prevista għas-sessjoni parzjali ta' Diċembru 2019.


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (11033/2019 - C9-0049/2019 - 2018/0147(NLE))

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas ta' governanza għall-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro (COM(2019)0354 - C9-0103/2019 – 2019/0161(COD))
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

BUDG, EMPL, ITRE, REGI, JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (10720/2019 - C9-0105/2019 - 2019/0132(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AGRI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija (08974/2019 - C9-0106/2019 - 2019/0076(NLE))

irriferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

DEVE, BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014) (10681/2019 - C9-0107/2019 - 2019/0142(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AGRI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/501 u r-Regolament (UE) 2019/502 fir-rigward tal-perjodi ta' applikazzjoni tagħhom (COM(2019)0396 - C9-0108/2019 - 2019/0179(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) (COM(2019)0397 - C9-0109/2019 - 2019/0180(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2019)0398 - C9-0110/2019 - 2019/0187(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

PECH

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim (COM(2019)0399 - C9-0111/2019 - 2019/0183(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

REGI

opinjoni :

BUDG

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali tal-2019: tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+ (11731/2019 - C9-0112/2019 - 2019/2022(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2019 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Awstrija, lill-Italja u lir-Rumanija (11732/2019 - C9-0113/2019 - 2019/2024(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali tal-2019: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u l-aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (11733/2019 - C9-0114/2019 - 2019/2037(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għall-2019: id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2018 (11730/2019 - C9-0115/2019 - 2019/2021(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2019)0411 - C9-0116/2019 - 2019/0192(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET, BUDG

- Abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020: - Pożizzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Settembru 2019 (11734/2019 - C9-0119/2019 - 2019/2028(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, DEVE, INTA, CONT, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, IMCO, TRAN, REGI, AGRI, PECH, CULT, JURI, LIBE, AFCO, FEMM, PETI

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2019)0290 - C9-0026/2019 - 2019/2036(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Bogdan Rzońca (A9-0001/2019)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija (COM(2019)0206 - C9-0005/2019 - 2019/2023(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Siegfried Mureşan (A9-0002/2019)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Irlanda (07290/2019 - C8-0154/2019 - 2019/0806(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0003/2019)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2019 – Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+ (11731/2019 - C9-0112/2019 - 2019/2022(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: John Howarth (A9-0004/2019)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2018 (11730/2019 - C9-0115/2019 - 2019/2021(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: John Howarth (A9-0005/2019)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija (11732/2019 - C9-0113/2019 - 2019/2024(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: John Howarth (A9-0006/2019)

- Rapport dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0008/2019 - C9-0028/2019 - 2019/0903(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A9-0007/2019)

- Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0023/2019 - C9-0048/2019 - 2019/0810(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A9-0008/2019)


13. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Frar 2019 u April I 2019 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


14. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsija li ġejja b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlet fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   O-000026/2019 imressqa minn Norbert Lins, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Il-privattiva tal-pjanti u l-proċessi bijoloġiċi essenzjali (B9-0051/2019).


15. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Settembru 2019 (PE 640.179/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Wara konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, Il-President ippropona l-emendi li ġejjin.

It-Tlieta

It-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni komuni tal-Unjoni qabel is-Summit tan-NU dwar l-Azzjoni Klimatika fi New York (punt 31 tal-Abbozz tal-Aġenda ) se jiġi emendat għal «Il-pożizzjoni komuni tal-Unjoni qabel is-Summit tan-NU dwar l-Azzjoni Klimatika fi New York».

Il-Parlament approva din il-proposta.

Barra minn hekk, Il-President ġie mgħarraf bit-talbiet għal emendi li ġejjin:

Talba tal-gruppi Verts/ALE u GUE/NGL bil-għan li jingħalaq id-dibattitu dwar in-Nirien fil-foresta tal-Amażonja (punt 33 tal-Abbozz tal-Aġenda) permezz ta' tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.

Intervent ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li għamel it-talba.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (192 favur, 228 kontra, 13-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-gruppi ID u GUE/NGL bil-għan li jiġu posposti għas-sessjoni parzjali ta' Ottubru I id-dibattitu u l-votazzjoni dwar ir-rapport Roberto Gualtieri dwar il-Ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew - Kandidat: Is-Sa Christine Lagarde (A9-0008/2019).

Interventi ta': Nicolas Bay f'isem il-Grupp ID, li għamel it-talba, Philippe Lamberts u Manon Aubry f'isem il-Grupp GUE/NGL.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (175 favur, 274 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Interventi ta': Antonio Tajani u Udo Bullmann.

Il-President ikkonferma r-riżultati taż-żewġ votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet.

Talba tal-Grupp Renew bil-għan li tiġi posposta għas-sessjoni parzjali ta' Ottubru I il-votazzjoni dwar l-Indħil barrani fil-proċessi demokratiċi tal-Istati Membri u Ewropej (punt 32 tal-Abbozz tal-Aġenda).

Interventi ta': Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp Renew, li għamlet it-talba u Kati Piri, li appoġġjat it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE bil-għan li jingħalaq id-dibattitu dwar L-importanza tal-Istorja Ewropea għall-ġejjieni tal-Ewropa (punt 38 tal-Abbozz ta' Aġenda) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.

Interventi ta': Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, li għamel it-talba, u Miriam Dalli f'isem il-Grupp S&D, li talbet li l-votazzjoni ssir matul is-sessjoni parzjali li jmiss.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (234 favur, 178 kontra, 31 astensjoni) il-Parlament approva t-talba tal-Grupp PPE.

Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-għan li l-Preżentazzjoni mill-Kunsill tal-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali - sena finanzjarja 2020 (punt 11 tal-Abbozz tal-Aġenda) jinbidel b'dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-baġit 2020.

Il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


16. Is-sitwazzjoni tal-foresti tal-UE (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni tal-foresti tal-UE (2019/2807(RSP))

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Eric Andrieu f'isem il-Grupp S&D, Nils Torvalds f'isem il-Grupp Renew, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Teuvo Hakkarainen f'isem il-Grupp ID, li rrifjuta li jwieġeb il-mistoqsija "karta blu" ta' Robert Rowland, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, Herbert Dorfmann, Paolo De Castro, Nicolae Ştefănuță, Anna Deparnay-Grunenberg, Sylvia Limmer, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Angel Dzhambazki, Matt Carthy, Jessica Polfjärd, Sylwia Spurek, Ulrike Müller, Michèle Rivasi, Hynek Blaško, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michaela Šojdrová, Ruža Tomašić, Alexis Georgoulis u Juan Ignacio Zoido Álvarez.

PRESIDENZA: Othmar KARAS
Viċi President

Interventi ta': Nicolás González Casares, Martin Hojsík, Saskia Bricmont, Zbigniew Kuźmiuk, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Karen Melchior, Anne Sander, Maria Arena, Norbert Lins, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ulrike Müller, Eero Heinäluoma, Simone Schmiedtbauer, Adam Jarubas, Álvaro Amaro u Henna Virkkunen.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Balázs Hidvéghi, Clotilde Armand, Franc Bogovič, Mauri Pekkarinen, Mick Wallace, Marlene Mortler, Stanislav Polčák u Valter Flego.

Intervent ta': Miguel Arias Cañete.

Id-dibattitu ngħalaq.


17. L-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali O-000026/2019 mressqa minn Norbert Lins lill-Kummissjoni: Il-privattiva tal-pjanti u l-proċessi bijoloġiċi essenzjali (B9-0051/2019)

Norbert Lins daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Annie Schreijer-Pierik f'isem il-Grupp PPE, Eric Andrieu f'isem il-Grupp S&D, Jan Huitema f'isem il-Grupp Renew, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ivan David f'isem il-Grupp ID, Bert-Jan Ruissen f'isem il-Grupp ECR, Sandra Pereira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Daniel Buda, Paolo De Castro, Ulrike Müller, Benoît Biteau u Gilles Lebreton.

PRESIDENZA: Klára DOBREV
Viċi President

Interventi ta': Mazaly Aguilar, Anja Hazekamp, Pina Picierno, Karen Melchior, Sarah Wiener, Marc Tarabella u Clara Aguilera.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Mick Wallace u Herbert Dorfmann.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.4 tal-Minuti ta' 19.9.2019.


18. Is-sitwazzjoni f'Hong Kong (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni f'Hong Kong (2019/2808(RSP))

Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp Renew, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jérôme Rivière f'isem il-Grupp ID, Anna Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Idoia Villanueva Ruiz f'isem il-Grupp GUE/NGL, John David Edward Tennant Membru mhux affiljat, Isabel Santos, Bernard Guetta, Catherine Rowett, Anna Bonfrisco, Mislav Kolakušić, Neena Gill, Lars Patrick Berg u Tonino Picula, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomislav Sokol.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Julie Ward, Mick Wallace, Hermann Tertsch u Clare Daly.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:

Tomislav Sokol, Juan Fernando López Aguilar, Klemen Grošelj, François Alfonsi, Aurelia Beigneux, Krzysztof Jurgiel, Henrik Overgaard Nielsen, Stanislav Polčák, Rory Palmer, Vlad-Marius Botoş, Catherine Rowett, Guido Reil, Angel Dzhambazki, Eugen Tomac, Carmen Avram, Nicolae Ştefănuță, Diana Riba i Giner, Silvia Sardone, Traian Băsescu, Maria Grapini, Lívia Járóka, Sylwia Spurek, Juan Ignacio Zoido Álvarez, Ibán García Del Blanco, Robert Hajšel u Lefteris Nikolaou-Alavanos.


20. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 640.179/OJMA).


21. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 21.09.

Klaus Welle

Othmar Karas

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Adinolfi Isabella, Adinolfi Matteo, Agius Saliba, Aguilar, Aguilera, Ainslie, Al-Sahlani, Alexandrov Yordanov, Alfonsi, Alieva-Veli, Amaro, Ameriks, Anderson Christine, Andresen, Andrieu, Androuët, Androulakis, Annemans, Ansip, Ara-Kovács, Arena, Arias Echeverría, Arłukowicz, Armand, Arvanitis, Asimakopoulou, Aubry, Auken, Auštrevičius, Avram, Azmani, Baldassarre, Balt, Bardella, Barley, Barrena Arza, Bartolo, Băsescu, Basso, Bauzá Díaz, Bay, Beck, Beer, Beghin, Beigneux, Belka, Bellamy, Benea, Benifei, Benjumea Benjumea, Bennion, Beňová, Bentele, Berendsen, Berg, Berger, Bergkvist, Bernhuber, Biedroń, Bijoux, Bilbao Barandica, Bilčík, Bilde, Bischoff, Biteau, Bizzotto, Blaga, Blaško, Blinkevičiūtė, Bloss, Bocskor, Bogovič, Bompard, Bonafè, Bonfrisco, Borchia, Botenga, Botoş, Bourgeois, Boyer, Breyer, Brglez, Bricmont, Bruna, Brunet, Buchheit, Buchner, Buda, Bull, Bullmann, Bullock, Burkhardt, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Campomenosi, Cañas, Canfin, Caroppo, Carthy, Carvalhais, Carvalho, Casa, Casanova, Caspary, del Castillo Vera, Cavazzini, Cerdas, Chaibi, Charanzová, Chastel, Chinnici, Chowns, Christensen, Christoforou, Cimoszewicz, Ciuhodaru, Číž, Colin-Oesterlé, Collard, Conte, Corbett, Cormand, Corrao, Cozzolino, Crețu, Cseh, Cuffe, Cutajar, Czarnecki, van Dalen, Dalli, Daly, D'Amato, Dance, Danielsson, Danjean, Da Re, Daubney, David, Davies, De Castro, Decerle, Delbos-Corfield, Deli, Delli, De Lucy, De Man, Demirel, Deparnay-Grunenberg, De Sutter, Deutsch, Dlabajová, Dobrev, Dodds, Donáth, Donato, Dorfmann, Dowding, Dreosto, Duda, Düpont, Durand, Dzhambazki, Edtstadler, Eickhout, England Kerr, Eppink, Ernst, Eroglu, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Evren, Falcă, Farreng, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Fest, Fiocchi, Fitto, Fitzgerald, Flanagan, Flego, Forman, Fotyga, Fourlas, Fox, Frankowski, Franssen, Franz, Fritzon, Fuglsang, Furore, Gade, Gahler, Gál, Gálvez Muñoz, García Del Blanco, García-Margallo y Marfil, García Muñoz, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Garicano, Gebhardt, Geese, Georgiou, Georgoulis, Geuking, Ghinea, Giarrusso, Giegold, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Glancy, Glucksmann, González, González Casares, González Pons, Grant, Grapini, Gregorová, Griffin, Griset, Grošelj, Grudler, Gualmini, Guerreiro, Guetta, Guillaume, Gusmão, Guteland, Gyöngyösi, Győri, Habib, Hahn Svenja, Hahn Henrike, Haider, Hajšel, Hakkarainen, Halicki, Hannan, Hansen, Harris, Häusling, Hautala, Hava, Hayer, Hazekamp, Heaver, Heinäluoma, Herzberger-Fofana, Hetman, Hidvéghi, Hlaváček, Hohlmeier, Hojsík, Holmgren, Hölvényi, Homs Ginel, Hook, Hortefeux, Howarth, Hristov, Hübner, Huhtasaari, Huitema, in 't Veld, Jadot, Jahr, Jaki, Jamet, Járóka, Jarubas, Jones, Jongerius, Jordan, Joveva, Juknevičienė, Jurgiel, Jurzyca, Juvin, Kalinowski, Kaljurand, Kalniete, Kammerevert, Kanev, Kanko, Karas, Karleskind, Karlsbro, Karski, Katainen, Kefalogiannis, Kelleher, Keller Fabienne, Kelly, Kempa, Kirton-Darling, Kizilyürek, Kloc, Knotek, Kofod, Kohut, Kokalari, Kokkalis, Kolaja, Kolakušić, Konstantinou, Kopacz, Kopcińska, Körner, Kósa, Köster, Kouloglou, Kountoura, Kovařík, Kovatchev, Krasnodębski, Krehl, Kruk, Kubilius, Kuhnke, Kuhs, Kuźmiuk, Kympouropoulos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lagos, Lancini, Lange, de Lange, Langensiepen, Laporte, Lebreton, Lechanteux, Lega, Leitão Marques, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Limmer, Lins, Lizzi, Loiseau, Løkkegaard, Longworth, López, López Aguilar, López Gil, López-Istúriz White, Lowe, Luena, Łukacijewska, Lundgren, McAllister, McGuinness, McIntyre, McLeod, Madison, Maestre Martín De Almagro, Magid, Majorino, Maldeikienė, Maldonado López, Manda, Manders, Mandl, Mariani, Marinescu, Marques Margarida, Marques Pedro, Martusciello, Matias, Matić, Maurel, Mavrides, Maxová, Mayer, Mazurek, Mažylis, Meimarakis, Melbārde, Melchior, Mélin, Melo, Metsola, Meuthen, Michels, Mihaylova, Mikser, Millán Mon, Miller, Modig, Molnár, Monteith, Montserrat, Moraes, Morano, Moreno Sánchez, Moretti, Mortler, Możdżanowska, Müller, Mummery, Nagtegaal, Nethsingha, Neumann, Neuser, Newton Dunn, Nica, Niebler, Niedermayer, Nienaß, Niinistö, Nikolaou-Alavanos, Noichl, Novak, Novakov, O'Sullivan, Oetjen, Olbrycht, Olivier, Omarjee, Overgaard Nielsen, Paet, Pagazaurtundúa, Palmer, Panza, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis, Patten, Pedicini, Peeters, Pekkarinen, Peksa, Pelletier, Penkova, Pereira Sandra, Peter-Hansen, Petersen, Phillips Alexandra Louise Rosenfield, Phillips Alexandra Lesley, Picierno, Picula, Pieper, Pignedoli, Pirbakas, Piri, Pisapia, Plumb, Polčák, Polfjärd, Pollák, Pospíšil, Pugh, Radačovský, Radev, Radtke, Rafalska, Regimenti, Regner, Reil, Reintke, Ressler, Riba i Giner, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivasi, Rivière, Roberti, Rodríguez-Piñero, Rodríguez Ramos, Rónai, Rondinelli, Rooken, Roos, Roose, Ropė, Rougé, Rowett, Rowland, Ruissen, Ruiz Devesa, Rzońca, Sánchez Amor, Sander, Sant, Santos, Sardone, Saryusz-Wolski, Sassoli, Satouri, Schaldemose, Schieder, Schirdewan, Schmiedtbauer, Schmit, Schneider, Scholz, Schreijer-Pierik, Schreinemacher, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Seekatz, Séjourné, Semsrott, Sidl, Sikorski, Silva Pereira, Šimečka, Simon, Sinčić, Sippel, Skyttedal, Slabakov, Smeriglio, Šojdrová, Sokol, Solís Pérez, Sonneborn, Spurek, Spyraki, Stancanelli, Štefanec, Ştefănuță, Stegrud, Strik, Strugariu, Szájer, Szydło, Tajani, Tarabella, Tardino, Tax, Tennant, Terheş, Tertsch, Thaler, Thun und Hohenstein, Tinagli, Tobé, Tobiszowski, Toia, Tomac, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Torvalds, Tošenovský, Tóth, Toussaint, Trillet-Lenoir, Trócsányi, Tudose, Uhrík, Ujhelyi, Urbán Crespo, Urtasun, Ušakovs, Uspaskich, Vaidere, Vălean, Vana, Van Brempt, Vandendriessche, Van Orden, Van Overtveldt, Van Sparrentak, Vautmans, Vedrenne, Verheyen, Verhofstadt, Vilimsky, Villanueva Ruiz, Villumsen, Vincze, Vind, Virkkunen, Vitanov, Vollath, Von Cramon-Taubadel, Vozemberg-Vrionidi, Vrecionová, Vuolo, Wallace, Walsh, Walsmann, Warborn, Ward, Waszczykowski, Weimers, Weiss, Wells, Widdecombe, Wieland, Wiener, Wiezik, Winkler, Winzig, Wiseler-Lima, Wiśniewska, Wölken, Wolters, Yenbou, Zacharopoulou, Zagorakis, Zahradil, Zalewska, Zambelli, Zanni, Zarzalejos, Ždanoka, Zdechovský, Zīle, Zimniok, Zoido Álvarez, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver

Skużati:

Castaldo, Ceccardi, Freund, Ochojska, Toom

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza