Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 18 ta' Settembru 2019 - Strasburgu

6. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet u deċiżjonijiet baġitarji

Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmilx oġġezzjonijiet għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' 4/2018 – L-Ombudsman Ewropew.

Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmilx oġġezzjonijiet għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' INF 2/2019 – Il-Kumitat tar-Reġjuni.

Skont l-Artikolu 31, paragrafu 4 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 06/2019, DEC 09/2019, DEC 10/2019, DEC 11/2019, DEC 12/2019, DEC 14/2019, DEC 15/2019 - Taqsima III - Il-Kummissjoni.

Skont l-Artikolu 32, paragrafu 2 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 13/2019 - Taqsima III - Il-Kummissjoni.

Skont l-Artikolu 29, paragrafu 1 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmilx oġġezzjonijiet għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet V/AB-03/A/19, V/AB-04/C/19, V/AB-05/T/19, V/AB-06/T/19, V/AB-07/C/19, V/AB-08/A/19, V/AB-09/A/19, V/AB-10/C/19, V/AB-11/A/19, V/AB-12/C/19 - Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri.

Skont l-Artikolu 29, paragrafi 1 u 2 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmilx oġġezzjonijiet għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' INF 3/2019 - Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja.

Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmilx oġġezzjonijiet għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' INF 1/2019 - Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza