Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.
9.1. L-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019: is-surplus mill-2018(votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2018 [11730/2019 - C9-0115/2019 - 2019/2021(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: John Howarth (A9-0005/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
9.2. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019: tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+ (votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2019 – Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+ [11731/2019 - C9-0112/2019 - 2019/2022(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: John Howarth (A9-0004/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
9.3. Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija [COM(2019)0206 - C9-0005/2019 - 2019/2023(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A9-0002/2019)
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
9.4. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2019: proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija (votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, lill-Italja u lill-Awstrija [11732/2019 - C9-0113/2019 - 2019/2024(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: John Howarth (A9-0006/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
9.5. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) [COM(2019)0290 - C9-0026/2019 - 2019/2036(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Bogdan Rzońca (A9-0001/2019)
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)