Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 40k
L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2019 - Brussell

7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet tal-kumitati ECON, ITRE, TRAN, ENVI, LIBE, REGI, EMPL, CONT, IMCO, AFET u DEVE biex jinbdew negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura:

Kumitat ECON

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0301;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0302.

Kumitat ITRE

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0230;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0419.

Kumitat TRAN

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Unjoni Ewropea (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0827 – C7-0458/2011 – 2011/0391(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P7_TA(2012)0495;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom (COM(2013)0130 – C7-0066/2013 – 2013/0072(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P7_TA(2014)0092;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni) (COM(2013)0410 – C7-0171/2013 – 2013/0186(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja - riformulazzjoni)– pożizzjoni fl-ewwel qari P7_TA(2014)0220;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0006;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2017)0275 – C8-0171/2017 – 2017/0114(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2018)0423;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0339;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi (COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0340;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur (COM(2017)0281 – C8-0169/2017 – 2017/0123(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0341;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (Riformulazzjoni) (COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2018)0462;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0125;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0308;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0109;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0139;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE (COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0225.

Kumitat ENVI

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753 – C8-0019/2018 – 2017/0332(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0320;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (COM(2018)0337 – C8-0220/2018 – 2018/0169(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0071.

Kumitat LIBE

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni (COM(2017)0571 – C8-0326/2017 – 2017/0245(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0356;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE)2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (COM(2018)0302 – C8-0185/2018 – 2018/0152(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0174;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0359;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-"programm Pericles IV") (COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0087;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0407;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0175;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018)0473 – C8-0272/2018 – 2018/0249(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0176;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0177;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0421;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo*) (COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0319.

Kumitat REGI

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0310;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0303;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0238;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0118;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0355.

Kumitat EMPL

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382 – C8-0232/2018 – 2018/0206(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0350.

Kumitat CONT

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0383;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi (COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0068.

Kumitat IMCO

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 (COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0073.

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0385;

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0384.

Kumitati AFET, DEVE

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460 – C8-0275/2018 – 2018/0243(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0298.

Kumitat AFET

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (COM(2018)0465 – C8-0274/2018 – 2018/0247(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0299.

Il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li jikkostitwixxu l-mandat ta' dawn in-negozjati huma disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza