9. Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitati responsabbli ressqu dawn ir-rettifiki ta' testi approvati mill-Parlament Ewropew:
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0237(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi P8_TA-PROV(2019)0237 (COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0377(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti ta' investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE P8_TA-PROV(2019)0377 (COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0378(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010 P8_TA-PROV(2019)0378 (COM(2017)0790 – C8-0453/2017 – 2017/0359(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0391(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 P8_TA-PROV(2019)0391 (COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD)) - Kumitat IMCO;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0399(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur P8_TA-PROV(2019)0399 (COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD)) - Kumitat IMCO;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0438(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi P8_TA-PROV(2019)0438 (COM(2017)0331 – C8-0191/2017 – 2017/0136(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0431(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti P8_TA-PROV(2019)0431 (COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0432(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 Direttiva bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE P8_TA-PROV(2019)0432 (COM(2018)0094 – C8-0113/2018 – 2018/0043(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0439(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs P8_TA-PROV(2019)0439 (COM(2018)0331 – C8-0212/2018 – 2018/0165(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0435(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji P8_TA-PROV(2019)0435 (COM(2018)0354 – C8-0208/2018 – 2018/0179(COD)) - Kumitat ECON.
Bi qbil mal-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew numru ta' Membri li jilħqu tal-inqas il-limitu baxx biex titressaq għall-votazzjoni.
Ir-rettifiki huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.