Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2019 - Brussell

12. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f'pajjiż terz (C(2019)06749 - 2019/2836(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 23 ta' Settembru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewopew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal-rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri (C(2019)06861 - 2019/2837(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 27 ta' Settembru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu tip ta' sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu mill-2020 sal-2021 (C(2019)07046 - 2019/2839(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu2020-2021 (C(2019)07048 - 2019/2840(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/815 fir-rigward tal-aġġornamenti għat-tassonomija li trid tintuża għall-format elettroniku uniku għar-rapportar (C(2019)07066 - 2019/2838(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Settembru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu tip ta' sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu mill-2020 sal-2021 (C(2019)07078 - 2019/2841(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-għeluq f'ħin reali għas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana fl-Iskagerrak (C(2019)07089 - 2019/2842(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (C(2019)07227 - 2019/2843(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku C(2019)05646 - 2019/2780(DEA)

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 2 ta' Awwissu 2019

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn fuq talba tal-Kunsill.

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN, EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza