Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2019 - Brussell

13. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru I 2019 (PE 641.776/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President irċieva talba għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' urġenza (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) mill-Kumitat TRAN għal:

—   Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/501 u r-Regolament (UE) 2019/502 fir-rigward tal-perjodi ta' applikazzjoni tagħhom (COM(2019)0396 - C9-0108/2019 – 2019/0179(COD)).

Il-votazzjoni dwar din it-talba se ssir l-għada, il-Ħamis 10 ta' Ottubru 2019.

°
° ° °

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona dawn il-modifiki li ġejjin:

L-Erbgħa

—   Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (punt 16 tal-PDOJ) jitpoġġew bħala l-ewwel punt tal-Aġenda tal-Ħamis filgħodu. Huma se jiġu sostitwiti mid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekoloġizzazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (punt 18 tal-PDOJ), li inizjalment kienet prevista għall-Ħamis.

—   Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Dazji imposti mill-Istati Uniti fuq il-prodotti Ewropej wara d-deċiżjoni tad-WTO dwar il-każ Airbus tiżdied bħala t-tielet punt tal-Aġenda.

—   Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar Is-sitwazzjoni fis-Sirja tat-Tramuntana tiżdied bħala r-raba' punt tal-Aġenda.

Il-Ħamis

—   Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (point 16 du PDOJ), li inizjalment kienu previsti għall-Erbgħa, jitpoġġew bħala l-ewwel punt tal-Aġenda tal-Ħamis filgħodu.

—   Ir-rapport Esther de Lange dwar Il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro fl-2019, li ġie miċħud fil-kumitat, jitneħħa mill-Aġenda.

Barra minn hekk, 5 oġġezzjonijiet fformulati bi qbil mal-Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura ġew adottati mill-Kumitat ENVI u jiddaħħlu direttament għall-votazzjoni:

—   Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: sustanzi attivi, inkluż flumioxazine;
—   
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: sustanzi attivi inkluż chlorotoluron;
—   
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2);
—   
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3);
—   
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 ×1507 ×MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9.

Il-Parlament approva dawn il-proposti.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal, bħala l-aħħar punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, qabel l-interventi ta' minuta dwar mistoqsijiet politiċi importanti, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Awtorizzazzjoni ta' OĠM.

Intervent ta': Tilly Metz, f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Gruppi GUE/NGL u Verts/ALE biex jiddaħħlu, bħala t-tielet punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekoloġizzazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (point 18 du PDOJ), dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-UE.

Interventi ta': Manon Aubry, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba , u Karen Melchior.

B'VSI (398 vot favur, 56 kontra, 25 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal, bħala l-aħħar punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, qabel l-interventi ta' minuta dwar mistoqsijiet politiċi importanti, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-ġlieda kontra l-kanċer. Id-dibattitu se jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se ssir votazzjoni dwarhom l-għada.

Interventi ta': Peter Liese, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba billi ppropona li l-votazzjoni minflok ssir f'perjodu ta' sessjoni sussegwenti, u Jytte Guteland, f'isem il-Grupp S&D, kontra t-talba inizjali tal-Grupp PPE.

Wara l-intervent ta' Peter Liese, il-President ressaq għall-votazzjoni l-inklużjoni tad-dibattitu fl-Aġenda u l-posponiment tal-votazzjoni għal perjodu ta' sessjoni sussegwenti.

B'VSI (508 vot favur, 9 kontra, 19 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja tat-Tramuntana jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se ssir votazzjoni dwarhom fil-prejodu ta' sessjoni ta' Ottubru II.

Intervent ta': Ivan David, f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba.

B'VE (234 vot favur, 248 kontra, 26 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Is-sessjoni ġiet estiża sal-23h.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Jannar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza