Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 19 ta' Settembru 2019 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.14.
3. In memoriam
Il-President ta ġieħ, f'isem il-Parlament, lill-memorja ta' Jacques Chirac.
4. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni fejn iddeplora id-destin tal-migranti li għerqu riċentement ftit 'il barra minn Lampedusa, u semma l-isparatura li seħħet f'Halle il-Ġermanja, fejn mietu mill-inqas żewġ persuni.
Il-Parlament osserva minuta silenzju b'tifkira ta' dawn il-vittmi u ta' Jacques Chirac.
5. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Intervent ta': Ivan David.
6. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-gruppi PPE, S&D, Renew u ID id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna: Jarosław Duda minflok Daniel Buda
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: Nicolás González Casares minflok Inma Rodríguez-Piñero
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja: Csaba Molnár minflok César Luena
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afganistan: Richard Corbett
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Asja tan-Nofsinhar: Nicolas Bay minflok Hélène Laporte
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana: César Luena minflok Csaba Molnár
Delegazzjoni għall-Kumitati Parlamentari għall-Kooperazzjoni UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan u UE-Użbekistan u delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet mat-Taġikistan, it-Turkmenistan, u l-Mongolja: Atidzhe Alieva-Veli minflok Chris Davies
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: Hélène Laporte minflok Nicolas Bay
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE: Miroslav Číž, Arnaud Danjean, José Manuel García-Margallo y Marfil, David McAllister, Inma Rodríguez-Piñero u Marc Tarabella
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: Jonás Fernández
Dawn id-deċiżjonijiet jibdew ikollhom effett mill-ġurnata tal-lum.Dawn id-deċiżjonijiet jidħlu fis-seħħ mid-data tal-lum.
7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet tal-kumitati ECON, ITRE, TRAN, ENVI, LIBE, REGI, EMPL, CONT, IMCO, AFET u DEVE biex jinbdew negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura:
Kumitat ECON
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0301;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0302.
Kumitat ITRE
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0230;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0419.
Kumitat TRAN
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Unjoni Ewropea (tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0827 – C7-0458/2011 – 2011/0391(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P7_TA(2012)0495;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom (COM(2013)0130 – C7-0066/2013 – 2013/0072(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P7_TA(2014)0092;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni) (COM(2013)0410 – C7-0171/2013 – 2013/0186(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja - riformulazzjoni)– pożizzjoni fl-ewwel qari P7_TA(2014)0220;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (COM(2017)0282 – C8-0172/2017 – 2017/0113(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0006;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (COM(2017)0275 – C8-0171/2017 – 2017/0114(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2018)0423;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0339;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi (COM(2017)0277 – C8-0167/2017 – 2017/0122(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0340;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur (COM(2017)0281 – C8-0169/2017 – 2017/0123(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0341;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (Riformulazzjoni) (COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2018)0462;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0125;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0308;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0109;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0139;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE (COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0225.
Kumitat ENVI
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753 – C8-0019/2018 – 2017/0332(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0320;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (COM(2018)0337 – C8-0220/2018 – 2018/0169(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0071.
Kumitat LIBE
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 f'dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli għar-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri li jseħħ fil-fruntieri interni (COM(2017)0571 – C8-0326/2017 – 2017/0245(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0356;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE)2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (COM(2018)0302 – C8-0185/2018 – 2018/0152(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0174;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0359;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-"programm Pericles IV") (COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0087;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383 – C8-0234/2018 – 2018/0207(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0407;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))– pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0175;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018)0473 – C8-0272/2018 – 2018/0249(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0176;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0177;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0421;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo*) (COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0319.
Kumitat REGI
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0310;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0303;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0238;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0118;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023 (COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0355.
Kumitat EMPL
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382 – C8-0232/2018 – 2018/0206(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0350.
Kumitat CONT
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0383;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi (COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0068.
Kumitat IMCO
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 (COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0073.
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (COM(2018)0442 – C8-0261/2018 – 2018/0232(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0385;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (COM(2018)0474 – C8-0273/2018 – 2018/0258(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0384.
Kumitati AFET, DEVE
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460 – C8-0275/2018 – 2018/0243(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0298.
Kumitat AFET
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (COM(2018)0465 – C8-0274/2018 – 2018/0247(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0299.
Il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li jikkostitwixxu l-mandat ta' dawn in-negozjati huma disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament.
8. Avviż mill-Presidenza
Il-President informa li, b'segwitu għall-konsultazzjoni bi qbil mal-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat AFET u l-Kumitat BUDG bagħtu l-pożizzjoni komuni tagħhom dwar l-estensjoni tal-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b'reazzjoni għall-Kriżi Sirjana, maħluqa bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2014 u li se tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2019:
- Joint position of the Committee on Foreign Affairs and the Committee on Budgets as the competent committees consulted in line with Article 234 of the Financial Regulation (2018/1046) on the extension of the European Union Regional Trust Fund in Response of the Syrian Crisis (Madad Trust Fund), established by the Constitutive Agreement on 15 December 2014 between the European Union (represented by the Commission) and Italy and set to expire on 14 December 2019 (dan id-dokument huwa disponibbli biss bl-Ingliż).
Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn mindu tħabbret, din il-pożizzjoni komuni se tinbagħat b'mod uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea.
9. Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitati responsabbli ressqu dawn ir-rettifiki ta' testi approvati mill-Parlament Ewropew:
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0237(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi P8_TA-PROV(2019)0237 (COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0377(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti ta' investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE P8_TA-PROV(2019)0377 (COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0378(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010 P8_TA-PROV(2019)0378 (COM(2017)0790 – C8-0453/2017 – 2017/0359(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0391(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 P8_TA-PROV(2019)0391 (COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD)) - Kumitat IMCO;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0399(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur P8_TA-PROV(2019)0399 (COM(2018)0185 – C8-0143/2018 – 2018/0090(COD)) - Kumitat IMCO;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0438(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi P8_TA-PROV(2019)0438 (COM(2017)0331 – C8-0191/2017 – 2017/0136(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0431(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti P8_TA-PROV(2019)0431 (COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0432(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 Direttiva bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE P8_TA-PROV(2019)0432 (COM(2018)0094 – C8-0113/2018 – 2018/0043(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0439(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 596/2014 u (UE) 2017/1129 fejn tidħol il-promozzjoni tal-użu ta' swieq tat-tkabbir tal-SMEs P8_TA-PROV(2019)0439 (COM(2018)0331 – C8-0212/2018 – 2018/0165(COD)) - Kumitat ECON;
— Rettifika P8_TA-PROV(2019)0435(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji P8_TA-PROV(2019)0435 (COM(2018)0354 – C8-0208/2018 – 2018/0179(COD)) - Kumitat ECON.
Bi qbil mal-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew numru ta' Membri li jilħqu tal-inqas il-limitu baxx biex titressaq għall-votazzjoni.
Ir-rettifiki huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President informa li, flimkien mal-President tal-Kunsill, il-Ħamis 10 ta' Ottubru 2019 se jipproċedi għall-iffirmar ta' dan l-att adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (00063/2019/LEX - C9-0134/2019 - 2016/0264(COD))
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat FR (12533/2019 - C9-0121/2019 - 2019/0814(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat LU (12534/2019 - C9-0122/2019 - 2019/0815(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat DE (12497/2019 - C9-0124/2019 - 2019/0811(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat EL (12531/2019 - C9-0125/2019 - 2019/0812(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat NL (12532/2019 - C9-0126/2019 - 2019/0813(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
2) mill-kumitati parlamentari
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, min-naħa tal-Eurojust, tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u s-Serbja (10334/2019 - C9-0041/2019 - 2019/0807(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0009/2019)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: Tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament f'konformità mal-ħtiġijiet aġġornati tan-nefqa u aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) (11733/2019 - C9-0114/2019 - 2019/2037(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: John Howarth (A9-0012/2019)
- Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-rifuġjati u għat-theddid għas-sigurtà (COM(2019)0600 - C9-0029/2019 - 2019/2039(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: John Howarth (A9-0013/2019)
- Rapport dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro (2019/2111(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Yana Toom (A9-0016/2019)
12. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f'pajjiż terz (C(2019)06749 - 2019/2836(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 23 ta' Settembru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewopew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal-rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri (C(2019)06861 - 2019/2837(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 27 ta' Settembru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu tip ta' sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu mill-2020 sal-2021 (C(2019)07046 - 2019/2839(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu2020-2021 (C(2019)07048 - 2019/2840(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/815 fir-rigward tal-aġġornamenti għat-tassonomija li trid tintuża għall-format elettroniku uniku għar-rapportar (C(2019)07066 - 2019/2838(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Settembru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu tip ta' sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu mill-2020 sal-2021 (C(2019)07078 - 2019/2841(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-għeluq f'ħin reali għas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana fl-Iskagerrak (C(2019)07089 - 2019/2842(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Ottubru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u li jikkoreġi dak ir-Regolament (C(2019)07227 - 2019/2843(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 ta' Ottubru 2019
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:
- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku C(2019)05646 - 2019/2780(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 2 ta' Awwissu 2019
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn fuq talba tal-Kunsill.
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN, EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
13. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru I 2019 (PE 641.776/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):
Il-President irċieva talba għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' urġenza (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) mill-Kumitat TRAN għal:
— Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/501 u r-Regolament (UE) 2019/502 fir-rigward tal-perjodi ta' applikazzjoni tagħhom (COM(2019)0396 - C9-0108/2019 – 2019/0179(COD)).
Il-votazzjoni dwar din it-talba se ssir l-għada, il-Ħamis 10 ta' Ottubru 2019.
° ° ° °
Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona dawn il-modifiki li ġejjin:
L-Erbgħa
— Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (punt 16 tal-PDOJ) jitpoġġew bħala l-ewwel punt tal-Aġenda tal-Ħamis filgħodu. Huma se jiġu sostitwiti mid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekoloġizzazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (punt 18 tal-PDOJ), li inizjalment kienet prevista għall-Ħamis.
— Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Dazji imposti mill-Istati Uniti fuq il-prodotti Ewropej wara d-deċiżjoni tad-WTO dwar il-każ Airbus tiżdied bħala t-tielet punt tal-Aġenda.
— Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar Is-sitwazzjoni fis-Sirja tat-Tramuntana tiżdied bħala r-raba' punt tal-Aġenda.
Il-Ħamis
— Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (point 16 du PDOJ), li inizjalment kienu previsti għall-Erbgħa, jitpoġġew bħala l-ewwel punt tal-Aġenda tal-Ħamis filgħodu.
— Ir-rapport Esther de Lange dwar Il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro fl-2019, li ġie miċħud fil-kumitat, jitneħħa mill-Aġenda.
Barra minn hekk, 5 oġġezzjonijiet fformulati bi qbil mal-Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura ġew adottati mill-Kumitat ENVI u jiddaħħlu direttament għall-votazzjoni:
— Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: sustanzi attivi, inkluż flumioxazine; — Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: sustanzi attivi inkluż chlorotoluron; — Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2); — Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3); — Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 ×1507 ×MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9.
Il-Parlament approva dawn il-proposti.
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal, bħala l-aħħar punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, qabel l-interventi ta' minuta dwar mistoqsijiet politiċi importanti, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Awtorizzazzjoni ta' OĠM.
Intervent ta': Tilly Metz, f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Talba tal-Gruppi GUE/NGL u Verts/ALE biex jiddaħħlu, bħala t-tielet punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekoloġizzazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (point 18 du PDOJ), dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-UE.
Interventi ta': Manon Aubry, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba , u Karen Melchior.
Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal, bħala l-aħħar punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, qabel l-interventi ta' minuta dwar mistoqsijiet politiċi importanti, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-ġlieda kontra l-kanċer. Id-dibattitu se jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se ssir votazzjoni dwarhom l-għada.
Interventi ta': Peter Liese, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba billi ppropona li l-votazzjoni minflok ssir f'perjodu ta' sessjoni sussegwenti, u Jytte Guteland, f'isem il-Grupp S&D, kontra t-talba inizjali tal-Grupp PPE.
Wara l-intervent ta' Peter Liese, il-President ressaq għall-votazzjoni l-inklużjoni tad-dibattitu fl-Aġenda u l-posponiment tal-votazzjoni għal perjodu ta' sessjoni sussegwenti.
Talba tal-Grupp ID biex id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja tat-Tramuntana jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se ssir votazzjoni dwarhom fil-prejodu ta' sessjoni ta' Ottubru II.
Intervent ta': Ivan David, f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba.
14. Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2019 (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2019 (2019/2711(RSP))
° ° ° °
Intervent ta': Ruža Tomašić.
° ° ° °
Il-President ta lill-assemblea informazzjoni dwar il-laqgħa tiegħu mal-Prim Ministru tar-Renju Unit.
Tytti Tuppurainen (President fil-kariga tal-Kunsill), Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) u Michel Barnier (kap negozjatur) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş f'isem il-Grupp Renew, Dacian Cioloş f'isem il-Grupp Renew, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ID, Raffaele Fitto f'isem il-Grupp ECR, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Belinda De Lucy Membru mhux affiljata.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Danuta Maria Hübner, Simona Bonafè, Guy Verhofstadt, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Martin Edward Daubney u Richard Corbett, Ellie Chowns, Jörg Meuthen, Hermann Tertsch, Martina Anderson, Ioannis Lagos, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Enikő Győri, Pedro Silva Pereira, Lucy Nethsingha, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Alexandra Lesley Phillips u Claire Fox, Magid Magid, Geoffrey Van Orden, dwar l-intervent tal-kelliem preċedenti (Il-President fakkar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura), Jaak Madison, Geoffrey Van Orden, dan tal-aħħar ukoll dwar id-diskors introduttiv tal-President (Il-President iċċara xi punti), Diane Dodds, Paulo Rangel, Kati Piri, Naomi Long, Paolo Borchia, Nigel Farage, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Judith Bunting, Kris Peeters, Birgit Sippel u Fabienne Keller.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Interventi ta': Margarida Marques, Richard Corbett u Javier Moreno Sánchez.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Domènec Ruiz Devesa, Christian Allard, Dinesh Dhamija, Geert Bourgeois, Clare Daly, Tudor Ciuhodaru u Richard Tice.
Intervent ta': Tytti Tuppurainen.
Id-dibattitu ngħalaq.
15. Ekoloġizzazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ekoloġizzazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (2019/2835(RSP))
Carlos Moedas (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Intervent ta': Werner Hoyer (President tal-Bank Ewropew tal-Investiment).
Interventi ta': Sirpa Pietikäinen f'isem il-Grupp PPE, Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D, Pascal Canfin f'isem il-Grupp Renew, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sylvia Limmer f'isem il-Grupp ID, Alexandr Vondra f'isem il-Grupp ECR, José Gusmão f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ben Habib Membru mhux affiljat, Enikő Győri, Joachim Schuster, Billy Kelleher, Molly Scott Cato, Joëlle Mélin, Frances Fitzgerald, Aurore Lalucq, Marie Toussaint u Siegfried Mureşan.
PRESIDENZA: Pedro SILVA PEREIRA Viċi President
Interventi ta': Paul Tang u Maria Spyraki.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Domènec Ruiz Devesa, Othmar Karas, Robert Rowland, Mick Wallace, Julie Ward, João Ferreira, Tudor Ciuhodaru, Costas Mavrides, Karen Melchior u June Alison Mummery.
Interventi ta': Werner Hoyer u Carlos Moedas.
Id-dibattitu ngħalaq.
16. Prevenzjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-UE (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Prevenzjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-UE (2019/2853(RSP))
Tytti Tuppurainen (President fil-kariga tal-Kunsill) u Carlos Moedas (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Domènec Ruiz Devesa f'isem il-Grupp S&D, Stéphane Séjourné f'isem il-Grupp Renew, Daniel Freund f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ID, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Irène Tolleret, Manon Aubry, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jordi Cañas, Tiemo Wölken, Karen Melchior, Marie Toussaint u Lara Wolters.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, João Ferreira, Radan Kanev u Tudor Ciuhodaru.
Interventi ta': Carlos Moedas u Tytti Tuppurainen.
Id-dibattitu ngħalaq.
17. Dazji imposti mill-Istati Uniti fuq il-prodotti Ewropej wara d-deċiżjoni tad-WTO dwar il-każ Airbus (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Dazji imposti mill-Istati Uniti fuq il-prodotti Ewropej wara d-deċiżjoni tad-WTO dwar il-każ Airbus (2019/2846(RSP))
Carlos Moedas (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Christophe Hansen f'isem il-Grupp PPE, Bernd Lange f'isem il-Grupp S&D, Liesje Schreinemacher f'isem il-Grupp Renew, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Danilo Oscar Lancini f'isem il-Grupp ID, Mazaly Aguilar f'isem il-Grupp ECR, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Brian Monteith Membru mhux affiljat, Dolors Montserrat u Kathleen Van Brempt.
PRESIDENZA: Katarina BARLEY Viċi President
Interventi ta': Jordi Cañas, Tiziana Beghin, Herve Juvin, Anna-Michelle Asimakopoulou, Paolo De Castro, Marco Campomenosi, Jörgen Warborn, Massimiliano Salini, Angelika Winzig, José Manuel García-Margallo y Marfil, Annie Schreijer-Pierik u Danuta Maria Hübner.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juan Ignacio Zoido Álvarez, Clara Aguilera, Klemen Grošelj u Izaskun Bilbao Barandica.
Intervent ta': Carlos Moedas.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Is-sitwazzjoni fis-Sirja tat-Tramuntana (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fis-Sirja tat-Tramuntana (2019/2847(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Željana Zovko f'isem il-Grupp PPE, Kati Piri f'isem il-Grupp S&D, Irina Von Wiese f'isem il-Grupp Renew, Alice Kuhnke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Thierry Mariani f'isem il-Grupp ID, Assita Kanko f'isem il-Grupp ECR, Nikolaj Villumsen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, Peter van Dalen, Tonino Picula, Ivan David, Angel Dzhambazki, Fabio Massimo Castaldo u Brando Benifei.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Tineke Strik, Mick Wallace u Milan Uhrík.
Intervent ta': Federica Mogherini.
Id-dibattitu ngħalaq.
19. Is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2019/2834(RSP))
Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Sandra Kalniete f'isem il-Grupp PPE, Kati Piri f'isem il-Grupp S&D, u Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp Renew.
PRESIDENZA: Marcel KOLAJA Viċi President
Interventi ta': Viola Von Cramon-Taubadel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lars Patrick Berg f'isem il-Grupp ID, Witold Jan Waszczykowski f'isem il-Grupp ECR, Mick Wallace f'isem il-Grupp GUE/NGL, Milan Uhrík Membru mhux affiljat, Traian Băsescu, Sven Mikser, Bernard Guetta, Angel Dzhambazki, Nathan Gill, Radosław Sikorski, Kosma Złotowski, Miroslav Radačovský, Andrius Kubilius, Beata Mazurek u Alexander Alexandrov Yordanov.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andrea Bocskor, Fabio Massimo Castaldo, Kateřina Konečná u Domènec Ruiz Devesa.
Intervent ta': Federica Mogherini.
Id-dibattitu ngħalaq.
20. Awtorizzazzjoni ta' OĠM (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Awtorizzazzjoni ta' OĠM (2019/2849(RSP))
Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Jessica Polfjärd f'isem il-Grupp PPE, Günther Sidl f'isem il-Grupp S&D, Jan Huitema f'isem il-Grupp Renew, Tilly Metz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Silvia Sardone f'isem il-Grupp ID, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Marco Dreosto.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru u Eleonora Evi.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.
Id-dibattitu ngħalaq.
21. Il-ġlieda kontra l-kanċer (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-ġlieda kontra l-kanċer (2019/2852(RSP))
Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Nicolás González Casares f'isem il-Grupp S&D, Petra De Sutter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Joanna Kopcińska f'isem il-Grupp ECR, Ewa Kopacz, Sara Cerdas, Dolors Montserrat u Maria Spyraki.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru u Gilles Lebreton.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni:sessjoni parzjali sussegwenti.
22. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:
Gheorghe Falcă, Tudor Ciuhodaru, Phil Bennion, Catherine Rowett, Anna Bonfrisco, Jorge Buxadé Villalba, Pernando Barrena Arza, Martin Sonneborn, Radan Kanev, Alicia Homs Ginel, Antony Hook, Gilles Lebreton, Sandra Pereira, Rupert Lowe, Ivan Štefanec, Jonás Fernández, Yana Toom, Claire Fox, Traian Băsescu, Julie Ward, Irena Joveva, Michaela Šojdrová, Milan Brglez, Stanislav Polčák, Petar Vitanov, Mónica Silvana González u Isabel Carvalhais.
23. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 641.776/OJJE).