Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.
8.1. Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) [2019/0180(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Vilija Blinkevičiūtė (A9-0015/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
8.2. Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni [2019/0187(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Chris Davies (A9-0014/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
8.3. L-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-UE fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2020 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni [12412/2019 - C9-0139/2019- 2019/0186(APP)] – Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Johan Van Overtveldt (A9-0018/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Il-Parlament ta l-approvazjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill.
8.4. Il-perjodi ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/501 u tar-Regolament (UE) 2019/502 ***I (votazzjoni)
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/501 u r-Regolament (UE) 2019/502 fir-rigward tal-perjodi ta' applikazzjoni tagħhom [COM(2019)0396 - C9-0108/2019- 2019/0179(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu .
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)