5. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet u deċiżjonijiet baġitarji
Skont l-Artikolu 31, paragrafu 4 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 16/2019, DEC 17/2019, DEC 19/2019 - Taqsima III - Il-Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 29, paragrafu 1 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmilx oġġezzjonijiet għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet V/AB-13/C/19, V/AB-14/C/19, V/AB-15/C/19, V/AB-16/C/19 - Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri.
Skont l-Artikolu 29, paragrafi 1a u 1b tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jagħmilx oġġezzjonijiet għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' INF 1/2019 - Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.