Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru 2019 - Strasburgu

9. Elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew – kandidaturi riċevuti
Rapporti Verbatim

B'segwitu tat-tħabbira tiegħu tas-16 ta' Settembru 2019 (punt 11 tal-Minuti tad-data 16.9.2019) Il-President ħabbar li kien irċieva, qabel l-iskadenza tat-30 ta' Settembru 2019, il-kandidaturi li ġejjin għall-kariga ta' Ombudsman Ewropew:

- Giuseppe Fortunato,

- Julia Laffranque,

- Nils Muižnieks,

- Emily O’Reilly,

- Cecilia Wikström.

Il-ħames kandidaturi ġew iddikjarati ammissibbli u se jkunu disponibbli, flimkien ma' dokumenti rilevanti oħrajn, fuq is-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew.

Il-President għarraf li l-kandidaturi se jintbagħtu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet li, fit-3 ta' Diċembru 2019, se jorganizza seduta ta' smigħ tal-kandidati li tkun miftuħa għall-Membri kollha.

°
° ° °

Intervent ta' Jérôme Rivière dwar l-andament tal-ħin tal-votazzjoni tal-bieraħ (Il-President iċċara xi punti).

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza