Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 23 ta' Ottubru 2019 - Strasburgu

11.1. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 - it-taqsimiet kollha (abbozzi ta' emendi) (votazzjoni)
CRE

— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 fir-rigward tal-Kummissjoni;

— Abbozzi ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi jridu jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

(L-abbozzi ta' proġetti adottati jinsabu f'Anness mat-"Testi adottati".)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

Interventi

Kimmo Tiilikainen (President tal-Kunsill) ħa nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u stqarr li hu favorevoli li jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza