8.4. Assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE mingħajr ftehim***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim [COM(2019)0399 - C9-0111/2019- 2019/0183(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0020/2019)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Intervent ta' Younous Omarjee (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.