Indiċi 
Minuti
XML 138kPDF 268kWORD 72k
L-Erbgħa, 13 ta' Novembru 2019 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.30 anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin
 4.Tkomplija tas-seduta
 5.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 6.Talbiet għat-tneħħija tal-immunità
 7.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 8.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
 12.Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
 13.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
 14.Dokumenti mressqa
 15.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 16.Ordni tal-ħidma
 17.Id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (dibattitu)
 18.Is-settur tal-azzar tal-UE: kif nipproteġu l-ħaddiema u l-industriji Ewropej? (dibattitu)
 19.L-attivitajiet ta' tħaffir tat-Turkija fl-ilmijiet tal-UE fil-Lvant tal-Mediterran (dibattitu)
 20.Is-sitwazzjoni fil-Bolivja (dibattitu)
 21.Is-sitwazzjoni fiċ-Ċilì (dibattitu)
 22.Jum internazzjonali biex tintemm l-impunità għar-reati kontra l-ġurnalisti (dibattitu)
 23.Il-feġġien mill-ġdid tal-Ebola fil-Lvant tal-Afrika (dibattitu)
 24.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 25.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 26.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta il-Ħamis 24 ta' Ottubru 2019 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.03.


3. 30 anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin

30 anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin (2019/2827(RSP))

Il-President tal-Parlament u Wolfgang Schäuble, il-President tal-Bundestag Ġermaniż, għamlu diskors biex jikkommemoraw it-30 anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş f'isem il-Grupp Renew, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jörg Meuthen f'isem il-Grupp ID, Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Mislav Kolakušić Membru mhux affiljat.

Interventi ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) u Tytti Tuppurainen (President fil-kariga tal-Kunsill).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 16.32.)


4. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 16.37.


5. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


6. Talbiet għat-tneħħija tal-immunità

L-awtoritajiet Portugiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro fl-ambitu ta' proċedura kriminali mressqa quddiem il-Qorti tad-distrett ta' Guarda.

L-awtoritajiet Pollakki kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Guy Verhofstadt fl-ambitu ta' proċedura kriminali mressqa quddiem il-Qorti tad-distrett ta' Varsavja-Śródmieście f'Varsavja.

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet ġew irriferuti lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mis-Segretarjat tal-Membri mhux affiljati d-deċiżjoni li ġejja li timmodifika l-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: Fabio Massimo Castaldo minflok Marco Zullo

Din id-deċiżjoni jibda jkollha effett mill-ġurnata tal-lum.


8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjoni tal-Kumitat LIBE li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq din il-bażi:

—   Rapport dwar il-proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: sistema ta' dokumenti foloz u awtentiċi online (FADO) u tħassir tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI (COM(2018)0631 – C8-0150/2019 – 2018/0330B(COD)). Rapporteur: Roberta Metsola (A9-0022/2019).

Bi qbil mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, il-Ħamis 14 ta' Novembru 2019, li d-deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet li ġejjin tal-kumitati BUDG, CONT u PECH biex jinbdew negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura:

Kumitat BUDG, CONT

—   Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324 – C8-0178/2018 – 2018/0136(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0349;

Kumitat PECH

—   Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0390 – C8-0270/2018 – 2018/0210(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA-PROV(2019)0343.

Il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li jikkostitwixxu l-mandat ta' dawn in-negozjati huma disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament.


10. Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-kumitati responsabbli ressqu dawn ir-rettifiki ta' testi approvati mill-Parlament Ewropew:

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0178(COR01) għar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 110/2008 P8_TA-PROV(2019)0178 (COM(2016)0750 – C8-0496/2017 – 2016/0392(COD)) – Kumitat ENVI;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0374(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi P8_TA-PROV(2019)0374 (COM(2018)0646 – C8-0409/2018 – 2017/0230(COD)) – Kumitat ECON;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0376(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji; id-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu P8_TA-PROV(2019)0376 (COM(2017)0537 – C8-0318/2017 – 2017/0231(COD)) – Kumitat ECON;

—   Rettifika P8_TA-PROV(2019)0375(COR01) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku P8_TA-PROV(2019)0375 (COM(2017)0538 – C8-0317/2017 – 2017/0232(COD)) – Kumitat ECON.

Bi qbil mal-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew numru ta' Membri li jilħqu tal-inqas il-limitu baxx biex titressaq għall-votazzjoni.

Ir-rettifiki huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President informa li, flimkien mal-President tal-Kunsill, illum l-Erbgħa 13 ta' Novembru 2019 iffirma dan l-att li ġie adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (00033/2019/LEX - C9-0164/2019 - 2018/0330A(COD)).


12. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fir-rigward tal-informazzjoni relatata mar-reazzjoni ta' emerġenza relatata mas-saħħa (C(2019)07611 - 2019/2902(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi għall-konċessjonijiet (C(2019)07691 - 2019/2904(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti ta' provvisti, servizzi u xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet ta' disinn (C(2019)07692 - 2019/2905(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti pubbliċi tal-provvisti, tas-servizzi u tax-xogħlijiet, u għall-kompetizzjonijiet tad-disinn (C(2019)07693 - 2019/2903(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-kuntratti tal-provvisti, tas-servizzi u tax-xogħlijiet (C(2019)07696 - 2019/2906(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni (C(2019)07772 - 2019/2907(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 31 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jirċievu l-approvazzjoni tat-tip fi proċess b'diversi stadji (C(2019)07819 - 2019/2908(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 31 ta' Ottubru 2019

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI


13. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-istandards mikrobijoloġiċi għall-ikel nej għall-annimali domestiċi, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-istabbilimenti approvati, il-parametri tekniċi applikabbli għall-metodu alternattiv tal-proċess ta' Brookes ta' bdil f'gass u għall-idroliżi tax-xaħmijiet imdewba, u l-esportazzjonijiet ta' demel ipproċessat, ta' ċertu demm, ta' prodotti tad-demm u ta' prodotti intermedji (D061269/04 - 2019/2910(RPS) - skadenza: 6 ta' Frar 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi lista ta' użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta' nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE (D063616/02 - 2019/2911(RPS) - skadenza: 6 ta' Frar 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (D064244/02 - 2019/2894(RPS) - skadenza: 23 ta' Novembru 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 7 u 9 (D064618/01 - 2019/2912(RPS) - skadenza: 7 ta' Frar 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
opinjoni: JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)


14. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja (COM(2019)0496 - C9-0144/2019 - 2019/2137(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15791/2018 - C9-0155/2019 - 2018/0419(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ limiti tal-kapaċità għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-ġbir ta’ data u l-miżuri ta’ kontroll fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ waqfien permanenti għal flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant (COM(2019)0564 - C9-0161/2019 - 2019/0246(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020 (COM(2019)0580 - C9-0163/2019 - 2019/0253(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

AGRI

opinjoni :

BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma' bejgħ b'distanza ta' merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta' merkanzija (COM(2018)0819 - C8-0017/2019 - 2018/0415(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0019/2019)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2019/001 BE/Carrefour) (COM(2019)0442 - C9-0127/2019 - 2019/2114(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: José Manuel Fernandes (A9-0021/2019)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' José Manuel Fernandes (2019/2005(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0023/2019)


15. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Marzu I, II 2019 u April I, II 2019 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


16. Ordni tal-ħidma

Intervent ta': Jérôme Rivière.

°
° ° °

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Novembru I 2019 (PE 643.306/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-emendi li ġejjin.

L-Erbgħa

Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (punt 20 tal-PDOJ) ser jitmexxew u jitqiegħdu bħala l-ewwel punt wara li jiġi stabbilit il-programm.

Il-Ħamis

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45 (ACS-BNØØ8-2) ġenetikament modifikati li jirriżultaw mill-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn iż-żrieragħ tal-kolza fil-pajjiżi terzi sal-2005 ġiet irtirata u għalhekk ser tiġi irtirata mill-ħin tal-votazzjonijiet.

Il-Kumitat JURI adotta rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' José Manuel Fernandes - Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0023/2019).

Bi qbil mal-Artikolu 9(9) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Ħamis ser issir votazzjoni dwar dan ir-rapport.

Il-Parlament qabel dwar dawn il-proposti.

Barra minn hekk, il-President ġie kkonsultat dwar it-talbiet għal emendi li ġejjin:

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jinbidel it-titolu tad-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja (punt 23 tal-PDOJ) għal "Is-sitwazzjoni fil-Bolivja wara l-kolp ta' stat".

Interventi ta': Manu Pineda f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Pilar del Castillo Vera, kontra t-talba.

B'VSI (41 vot favur, 234 kontra, 88 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp PPE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja (punt 23 tal-PDOJ) bit-tressiq ta' proposti għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Interventi ta': Leopoldo López Gil f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Mick Wallace, kontra t-talba.

B'VE (215 vot favur, 165 kontra, 4 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Gruppi S&D u GUE/NGL biex tiddaħħal, wara d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċilì.

Il-Grupp GUE/NGL talab ukoll li dan id-dibattitu jingħalaq permezz ta' tressiq ta' proposti għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Interventi ta': Kati Piri f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, u Leopoldo López Gil, kontra t-talba.

Il-President ippropona li ssir votazzjoni fuq iż-żewġ talbiet (Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, irrifjuta).

B'sejħa tal-ismijiet (187 favur, 155 kontra, 44 astensjoni), il-Parlament approva t-talba tal-Gruppi S&D u GUE/NGL.

B'sejħa tal-ismijiet (167 favur, 201 kontra, 18-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba tal-Grupp GUE/NGL.

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, wara d-dibattitu dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (punt 20 tal-PDOJ), dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-settur tal-azzar fl-UE – kif nipproteġu l-ħaddiema nazzjonali u l-katina ta' produzzjoni.

Intervent ta': Paolo Borchia f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba, u Simona Bonafè, li appoġġat it-talba iżda pproponiet li t-titolu jaqra «Is-settur tal-azzar tal-UE: kif nipproteġu l-ħaddiema u l-industriji Ewropej?». Paolo Borchia aċċetta din it-talba.

B'VSI (292 vot favur, 78 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, wara d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Kashmir. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Intervent ta': Bernhard Zimniok f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (82 vot favur, 274 kontra, 16-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, qabel l-interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-vjolenza kontra n-nisa u s-sitwazzjoni tan-nisa fiċ-ċentri ta' rifuġju għan-nisa. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Interventi ta': Christine Anderson f'isem il-Grupp ID, li ġġustifikat it-talba, u Alice Kuhnke, kontra t-talba billi indikat li t-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar dan is-suġġett ikun aktar xieraq biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni ta' Istanbul u miżuri oħra għall-ġlieda kontra l-vjolenza ta' natura sessista, previsti fis-sessjoni parzjali li jmiss.

B'VSI (79 vot favur, 264 kontra, 22 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

17. Id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (2019/2876(RSP))

Tytti Tuppurainen (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Ewa Kopacz f'isem il-Grupp PPE, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp Renew, Saskia Bricmont f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jaak Madison f'isem il-Grupp ID, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Anne-Sophie Pelletier f'isem il-Grupp GUE/NGL, Laura Ferrara Membru mhux affiljata, Dubravka Šuica, Caterina Chinnici, Laurence Farreng, Diana Riba i Giner, Lucia Vuolo, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Miroslav Radačovský, György Hölvényi, Bettina Vollath, Dragoş Pîslaru, Tilly Metz, Christine Anderson, Elżbieta Rafalska, Ignazio Corrao, Karlo Ressler, Javier Moreno Sánchez, Lucy Nethsingha, Ciarán Cuffe u Mathilde Androuët.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Assita Kanko, Peter Pollák, Maria Arena, Mounir Satouri, Beata Szydło, Cindy Franssen, Raphaël Glucksmann, Francisco Guerreiro, Raffaele Stancanelli, Michaela Šojdrová u David Lega.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ljudmila Novak, Julie Ward, Ruža Tomašić, Mick Wallace, Lefteris Nikolaou-Alavanos u Tudor Ciuhodaru.

Interventi ta': Věra Jourová u Tytti Tuppurainen.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: is-sessjoni parzjali li jmiss.


18. Is-settur tal-azzar tal-UE: kif nipproteġu l-ħaddiema u l-industriji Ewropej? (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Is-settur tal-azzar tal-UE: kif nipproteġu l-ħaddiema u l-industriji Ewropej? (2019/2920(RSP))

Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Massimiliano Salini f'isem il-Grupp PPE, Carlo Calenda f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jadwiga Wiśniewska, Christophe Grudler f'isem il-Grupp Renew, Andrea Caroppo f'isem il-Grupp ID, Marc Botenga f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rosa D'Amato Membru mhux affiljata, Antonio Tajani, Nicolás González Casares, Bogusław Liberadzki, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jadwiga Wiśniewska.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru, Izaskun Bilbao Barandica, Anna Bonfrisco, Beata Kempa u Kateřina Konečná.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. L-attivitajiet ta' tħaffir tat-Turkija fl-ilmijiet tal-UE fil-Lvant tal-Mediterran (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: L-attivitajiet ta' tħaffir tat-Turkija fl-ilmijiet tal-UE fil-Lvant tal-Mediterran (2019/2875(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Lefteris Christoforou f'isem il-Grupp PPE, Tonino Picula f'isem il-Grupp S&D, Nathalie Loiseau f'isem il-Grupp Renew, Catherine Rowett f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anna Bonfrisco f'isem il-Grupp ID, Emmanouil Fragkos f'isem il-Grupp ECR, Giorgos Georgiou f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, Michael Gahler, Nacho Sánchez Amor, Lars Patrick Berg, Andrey Slabakov, Márton Gyöngyösi, David McAllister u Demetris Papadakis.

PRESIDENZA: Ewa KOPACZ
Viċi President

Interventi ta': Antony Hook, Paolo Borchia, Vangelis Meimarakis, Evin Incir, Thierry Mariani, Loucas Fourlas, Jérôme Rivière, Manolis Kefalogiannis, Ivan David u Stelios Kympouropoulos.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru, Costas Mavrides, Ruža Tomašić, Mick Wallace u Fabio Massimo Castaldo.

Intervent ta': Federica Mogherini.

Id-dibattitu ngħalaq.


20. Is-sitwazzjoni fil-Bolivja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Bolivja (2019/2896(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Pilar del Castillo Vera f'isem il-Grupp PPE, Maria Manuel Leitão Marques f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp Renew, Benoît Biteau f'isem il-Grupp Verts/ALE, Markus Buchheit f'isem il-Grupp ID, Hermann Tertsch f'isem il-Grupp ECR, Manu Pineda f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ivan Vilibor Sinčić Membru mhux affiljat, Leopoldo López Gil, Javi López, José Ramón Bauzá Díaz, Anna Cavazzini, Idoia Villanueva Ruiz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Inma Rodríguez-Piñero u Massimiliano Smeriglio.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru, Julie Ward, Sandra Pereira u Mick Wallace.

Intervent ta': Federica Mogherini.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: is-sessjoni parzjali li jmiss.


21. Is-sitwazzjoni fiċ-Ċilì (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fiċ-Ċilì (2019/2916(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Leopoldo López Gil f'isem il-Grupp PPE, Inma Rodríguez-Piñero f'isem il-Grupp S&D, Jordi Cañas f'isem il-Grupp Renew, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Javi López u Brando Benifei.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juozas Olekas.

PRESIDENZA: Dita CHARANZOVÁ
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Hermann Tertsch u Pernando Barrena Arza.

Intervent ta': Federica Mogherini.

Id-dibattitu ngħalaq.


22. Jum internazzjonali biex tintemm l-impunità għar-reati kontra l-ġurnalisti (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Jum internazzjonali biex tintemm l-impunità għar-reati kontra l-ġurnalisti (2019/2878(RSP))

Tytti Tuppurainen (President fil-kariga tal-Kunsill) u Julian King (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Ramona Strugariu f'isem il-Grupp Renew, Alice Kuhnke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Dreosto f'isem il-Grupp ID, Anna Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Clare Daly f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dino Giarrusso Membru mhux affiljat, Peter Pollák, Juan Fernando López Aguilar, Maite Pagazaurtundúa, Gwendoline Delbos-Corfield, Gilles Lebreton, Jorge Buxadé Villalba, Javier Zarzalejos, Tudor Ciuhodaru, Christophe Grudler, Hannah Neumann, Mathilde Androuët, David Casa, Daniel Freund, Radan Kanev u Michaela Šojdrová.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jude Kirton-Darling, Manon Aubry u Carmen Avram.

Interventi ta': Julian King u Tytti Tuppurainen.

Id-dibattitu ngħalaq.


23. Il-feġġien mill-ġdid tal-Ebola fil-Lvant tal-Afrika (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-feġġien mill-ġdid tal-Ebola fil-Lvant tal-Afrika (2019/2897(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Lukas Mandl f'isem il-Grupp PPE, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D, Martin Horwood f'isem il-Grupp Renew, Petra De Sutter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Joanna Kopcińska f'isem il-Grupp ECR, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mónica Silvana González, María Soraya Rodríguez Ramos, Rory Palmer, Véronique Trillet-Lenoir u Maria Arena.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Id-dibattitu ngħalaq.


24. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:

Traian Băsescu, Carmen Avram, Klemen Grošelj, Catherine Rowett, Silvia Sardone, Hermann Tertsch, João Ferreira, Matthew Patten, Stanislav Polčák, Jude Kirton-Darling, Valter Flego, Clare Daly, Valdemar Tomaševski, Sabrina Pignedoli, Peter Pollák, Rory Palmer, Jessica Stegrud, Michaela Šojdrová, Cristina Maestre Martín De Almagro, Sylwia Spurek u John Howarth.


25. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 643.306/OJJE).


26. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.10.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adamowicz, Ademov, Adinolfi Matteo, Agius Saliba, Aguilera, Alexandrov Yordanov, Alfonsi, Alieva-Veli, Allard, Al-Sahlani, Ameriks, Anderson, Anderson, Androuët, Androulakis, Ansip, Ara-Kovács, Arena, Arias Echeverría, Arimont, Arłukowicz, Aubry, Auštrevičius, Avram, Balt, Bardella, Barley, Bartolo, Băsescu, Basso, Bauzá Díaz, Bay, Bearder, Beck, Beer, Beghin, Beigneux, Belka, Bellamy, Benea, Benifei, Benjumea Benjumea, Bennion, Beňová, Bentele, Berendsen, Berg, Berger, Bergkvist, Bernhuber, Bielan, Bijoux, Bilbao Barandica, Bilde, Bischoff, Bizzotto, Björk, Blaga, Blaško, Blinkevičiūtė, Bloss, Bocskor, Bogovič, Bompard, Bonafè, Borchia, Borzan, Botenga, Botoş, Bourgeois, Boyer, Breyer, Brglez, Brophy, Brudziński, Bruna, Buchheit, Buda, Bullmann, Bullock, Bunting, Buschmann, Buşoi, Buzek, Calenda, Campomenosi, Cañas, Canfin, Caroppo, Carthy, Carvalhais, Carvalho, Casa, Casanova, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Ceccardi, Cerdas, Chabaud, Chahim, Chaibi, Charanzová, Chastel, Chinnici, Chowns, Christensen, Christoforou, Cimoszewicz, Ciuhodaru, Colin-Oesterlé, Collard, Conte, Corbett, Corrao, Cozzolino, Crețu, Cutajar, van Dalen, Dalli, Daly, D'Amato, Dance, Danielsson, Danjean, Danti, Da Re, David, Davies, De Castro, Decerle, Delbos-Corfield, Deli, Delli, De Lucy, De Man, Demirel, Deparnay-Grunenberg, De Sutter, Deutsch, Didier, Dlabajová, Dobrev, Doleschal, Donato, Dorfmann, Dowding, Dreosto, Durá Ferrandis, Durand, Ďuriš Nicholsonová, Dzhambazki, Edtstadler, Ehler, Eickhout, England Kerr, Eppink, Eroglu, Ertug, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Evren, Fajon, Falcă, Farreng, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferreira, Fest, Fiocchi, Fitto, Flanagan, Flego, Fotyga, Fourlas, Fox, Fragkos, Frankowski, Franssen, Freund, Fritzon, Fuglsang, Furore, Gade, Gahler, Gál, Gamon, García Del Blanco, García-Margallo y Marfil, García Muñoz, Gardiazabal Rubial, Garicano, Garraud, Gebhardt, Gemma, Georgiou, Georgoulis, Geuking, Ghinea, Giarrusso, Gibson, Gieseke, Glancy, Glück, Glucksmann, Goerens, González, González Casares, González Pons, Grant, Grapini, Gregorová, Griffin, Griset, Grošelj, Grudler, Guillaume, Gusmão, Guteland, Gyöngyösi, Győri, Gyürk, Hahn Svenja, Hahn Henrike, Haider, Hajšel, Halicki, Hannan, Hansen, Häusling, Hautala, Hava, Hayer, Hazekamp, Heaver, Heide, Herbst, Hetman, Hidvéghi, Hlaváček, Hohlmeier, Holmgren, Hölvényi, Homs Ginel, Hook, Hortefeux, Howarth, Hübner, Huhtasaari, Huitema, Incir, in 't Veld, Jadot, Jahr, Jakeliūnas, Jaki, Jamet, Jarubas, Jones, Jongerius, Jordan, Juknevičienė, Jurgiel, Jurzyca, Kaili, Kalinowski, Kaljurand, Kalniete, Kammerevert, Kanev, Karas, Karleskind, Karski, Katainen, Kefalogiannis, Kelleher, Keller Fabienne, Keller Ska, Kelly, Kempa, Kirton-Darling, Kizilyürek, Kloc, Knotek, Kofod, Kohut, Kokkalis, Kolaja, Kolakušić, Konečná, Konstantinou, Kopacz, Kopcińska, Körner, Kósa, Kouloglou, Kountoura, Kovařík, Kovatchev, Krasnodębski, Krehl, Kruk, Kubilius, Kuhnke, Kuhs, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kympouropoulos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lagodinsky, Lagos, Lalucq, Lange, Laporte, Larrouturou, Lebreton, Lechanteux, Lega, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Limmer, Lins, Lizzi, Loiseau, López, López Aguilar, López Gil, López-Istúriz White, Luena, Łukacijewska, McAllister, McGuinness, McIntyre, McLeod, Madison, Maestre Martín De Almagro, Majorino, Maldeikienė, Maldonado López, Manda, Manders, Mandl, Mariani, Marinescu, Marquardt, Marques Margarida, Marques Pedro, Matić, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer, Mažylis, Meimarakis, Melbārde, Melo, Metsola, Metz, Meuthen, Michels, Mihaylova, Mikser, Milazzo, Millán Mon, Miller, Modig, Molnár, Monteiro de Aguiar, Monteith, Montserrat, Moraes, Morano, Moreno Sánchez, Moretti, Możdżanowska, Müller, Mummery, Mureşan, Nagtegaal, Nethsingha, Nica, Niebler, Niedermayer, Nienaß, Niinistö, Nikolaou-Alavanos, Noichl, Novak, Novakov, Oetjen, Olbrycht, Olekas, Olivier, Omarjee, Paet, Pagazaurtundúa, Palmer, Panza, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis, Patriciello, Patten, Paulus, Pedicini, Pekkarinen, Peksa, Pelletier, Penkova, Pereira Sandra, Petersen, Picula, Pieper, Pietikäinen, Pignedoli, Pineda, Pirbakas, Piri, Pîslaru, Pizarro, Polčák, Pollák, Poręba, Procaccini, Pugh, Radačovský, Radev, Radtke, Rafaela, Rafalska, Rangel, Regimenti, Rego, Reil, Reintke, Ressler, Riba i Giner, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivasi, Rivière, Rodríguez-Piñero, Rodríguez Ramos, Rooken, Roos, Ropė, Rougé, Rowett, Rowland, Ruissen, Ruiz Devesa, Rzońca, Salini, Sánchez Amor, Sander, Sant, Sardone, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Satouri, Schaldemose, Schieder, Schmiedtbauer, Schneider, Scholz, Schreijer-Pierik, Schreinemacher, Schulze, Schwab, Seekatz, Séjourné, Semedo, Sidl, Silva Pereira, Sinčić, Skyttedal, Slabakov, Smeriglio, Smith, Šojdrová, Sokol, Solís Pérez, Sonneborn, Spurek, Spyraki, Stancanelli, Stedman-Bryce, Štefanec, Ştefănuță, Strik, Strugariu, Šuica, Szájer, Szydło, Tarabella, Tardino, Tennant, Tertsch, Thaler, Thun und Hohenstein, Tinagli, Toia, Tolleret, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Tóth, Toussaint, Tovaglieri, Trillet-Lenoir, Tudose, Uhrík, Ujhelyi, Urbán Crespo, Ušakovs, Uspaskich, Vaidere, Vălean, Vana, Van Brempt, Vandendriessche, Van Orden, Vautmans, Vedrenne, Verheyen, Vilimsky, Villanueva Ruiz, Vincze, Vind, Virkkunen, Vitanov, Voaden, Vollath, Vondra, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Vrecionová, Vuolo, Walsmann, Warborn, Ward, Waszczykowski, Weimers, Weiss, Wieland, Winkler, Winzig, Wiseler-Lima, Wiśniewska, Wölken, Yon-Courtin, Yoncheva, Zagorakis, Zahradil, Zalewska, Zambelli, Zanni, Zarzalejos, Zdechovský, Zimniok, Złotowski, Zoido Álvarez, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver

Skużati:

Andrieu, Annemans, Biedroń, Číž, Czarnecki, Fitzgerald, Herzberger-Fofana, Joron, Matias, Mohammed, Neuser, Ochojska, Rees-Mogg, Regner, Rodríguez Palop, Tobé, Zacharopoulou

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza