Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
It-Tnejn, 25 ta' Novembru 2019 - Strasburgu

13. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Novembru II 2019 (PE 643.308/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona dawn il-bidliet li ġejjin:

It-Tnejn

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżuri biex jiġi indirizzat l-impatt fuq l-agrikoltura Ewropea tad-deċiżjoni tad-WTO dwar it-tilwima li tikkonċerna l-Airbus (punt 33 tal-PDOJ) se titmexxa għat-Tlieta waranofsinhar, qabel id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kriżi tal-Korp tal-Appell tad-WTO (punt 42 tal-PDOJ). Is-seduta se tiġi estiża sal-23.00.

Il-Ħamis

Il-ħin għall-votazzjonijiet se jiġi antiċipat. Se jibda fil-11:30 u se jintemm fis-13:30.

Il-Parlament qabel ma' tali proposti.

Barra minn hekk, il-President ġie kkonsultat dwar dawn it-talbiet għal bidliet li ġejjin:

It-Tlieta

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-diskriminazzjoni pubblika u diskors ta' mibegħda kontra persuni LGBTI, inklużi żoni ħielsa minn persuni LGBTI (punt 48 tal-PDOJ) bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitressqu għal votazzjoni waqt il-perjodu ta' sessjoni li jmiss.

Intervent ta': Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL li ġġustifikat it-talba.

B'VSI (248 vot favur, 146 kontra, 17-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex tiżdied dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interdizzjoni tal-munizzjon biċ-ċomb bħala l-aħħar dibattitu tal-ġurnata.

Intervent ta': Markus Buchheit f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (64 vot favur, 339 kontra, 15-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiżdiedu d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet inaċċettabbli rigward il-benessri tal-annimali waqt it-trasport lejn pajjiżi terzi wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kriżi tal-Korp tal-Appell tad-WTO (punt 42 tal-PDOJ).

Interventi ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Fredrick Federley f'isem il-Grupp Renew, li ppropona li d-dibattitu u l-votazzjoni jsiru waqt il-perjodu ta' sessjoni li jmiss, u Anja Hazekamp, li aċċettat il-proposta ta' Fredrick Federley.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp tal-Verts/ALE biex tiżdied dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni tal-Ujguri fiċ-Ċina ("China cables") bħala t-tielet punt. Id-dibattitu se jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitressqu għal votazzjoni waqt il-perjodu ta' sessjoni li jmiss.

Interventi ta': Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, u Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, li ppropona li d-dibattitu u l-votazzjoni jsiru waqt il-perjodu ta' sessjoni li jmiss. Ska Keller aċċettat il-proposta ta' Michael Gahler.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp S&D biex jiġi modifikat it-titlu tad-dibattitu dwar l-inkarċerazzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tar-reliġjon fl-Alġerija (punt 54 tal-PDOJ) f'"sitwazzjoni tal-libertajiet fl-Alġerija".

Interventi ta': Raphaël Glucksmann f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba, u Marco Dreosto f'isem il-Grupp ID, kontra t-talba.

Il-Parlament approva din t-talba.

Intervent ta': Željana Zovko.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza