Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
It-Tlieta, 26 ta' Novembru 2019 - Strasburgu

2. Avviż mill-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President fakkar li fl-24 ta' Ottubru 2019 hu ddeċieda, skont l-Artikolu 176(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li jimponi sanzjoni fuq Angelo Ciocca, minħabba l-imġiba aggressiva u mingħajr rispett tiegħu fil-konfront tal-kollegi tiegħu u tal-istituzzjoni, bi ksur serju tal-Artikolu 10(3) tar-Regoli ta' Proċedura, waqt id-dibattitu tat-23 ta' Ottubru dwar l-operazzjonijiet militari tat-Turkija fil-Grigal tas-Sirja (punt 7 tal-Minuti ta' 23.10.2019 u punt 7 tal-Minuti ta' 24.10.2019).

Fis-6 ta' Novembru 2019, Angelo Ciocca appella din id-deċiżjoni.

Fil-laqgħa tiegħu tal-bieraħ, it-Tnejn 25 ta' Novembru 2019, il-Bureau analizza dan l-appell u kkonferma d-deċiżjoni tal-President.

Il-President fakkar li s-sanzjoni tikkonsisti, l-ewwel nett, fit-telf tad-dritt tal-indennizz tas-sussistenza għal għaxart ijiem, u, it-tieni nett, f'sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Parlament, għal ħamest ijiem konsekuttivi – li minnhom għaddew jumejn – li fihom jiltaqa' l-Parlament jew xi korp, kumitat jew delegazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot fis-sessjoni plenarja, u soġġett għar-rispett strett tar-regoli tal-imġiba applikabbli għall-Membri. Is-sanzjoni terġa' tibda tiddekorri mil-lum, is-26 ta' Novembru 2019.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza