Il-President informa li, skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018, il-Konferenza tal-Presidenti, fil-laqgħa tagħha tat-28 ta' Novembru 2019, u wara d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat LIBE, approvat il-ħatra proposta konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' Wojciech Rafał Wiewiórowski, bħala Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Il-President se jipproċedi għall-iffirmar tad-deċiżjoni tan-nomina b'mod konġunt mal-President fil-kariga tal-Kunsill.
° ° ° °
Interventi ta': Manfred Weber, Iratxe García Pérez, Sven Giegold u Sophia in 't Veld.