L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit infurmat li Alyn Smith ġie elett Membru tal-Parlament tar-Renju Unit mit-13 ta' Diċembru 2019.
Il-Parlament jieħu nota li, skont l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru Parlamentari Ewropew u jikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mit-13 ta' Diċembru 2019.