9. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 145 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li rċieva, skont l-Artikolu 145(2) tar-Regoli ta' Proċedura, talba tal-Kumitat EMPL għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex dan jagħti opinjoni dwar pagi minimi diċenti fl-Ewropa kollha
Din it-talba għal konsultazzjoni se titqies bħala approvata sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li għandu jittieħed vot fuqha.