Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 10k
It-Tnejn, 16 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu

11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (COM(2019)0619 - C9-0188/2019 - 2019/0272(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

ENVI

2) mill-kumitati parlamentari

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (08974/2019 - C9-0106/2019 - 2019/0076(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Carmen Avram (A9-0026/2019)

- Rapport dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew – rapport annwali 2018 (2019/2134(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Peter Jahr (A9-0032/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (11033/2019 - C9-0049/2019 - 2018/0147(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Tomasz Piotr Poręba (A9-0041/2019)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020 (COM(2019)0580 - C9-0163/2019 - 2019/0253(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Norbert Lins (A9-0042/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta' fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju (08730/2019 - C9-0018/2019 - 2019/0013(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roberta Metsola (A9-0043/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta' fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (08732/2019 - C9-0019/2019 - 2019/0012(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roberta Metsola (A9-0044/2019)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2019)0411 - C9-0116/2019 - 2019/0192(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Luisa Regimenti (A9-0045/2019)

- * Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (13651/2019 - C9-0173/2019 - 2019/0818(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0046/2019)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2018)0813 - C8-0016/2019 - 2018/0413(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0047/2019)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament (COM(2018)0812 - C8-0015/2019 - 2018/0412(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0048/2019)

- Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (12451/2019 - C9-0149/2019 - 2019/0817(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0049/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (09405/2019 - C9-0010/2019 - 2019/0099(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Bernd Lange (A9-0050/2019)

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza