Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 16 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu

13. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Diċembru II 2019 (PE 645.170/PDOJ) tqassam.

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-modifika li ġejja (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-Ħamis

Il-votazzjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt f'Malta, wara r-rivelazzjonijiet reċenti rigward il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia (punt 46 tal-PDOJ) se titmexxa fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Erbgħa.

Għaldaqstant, l-iskadenzi għat-tressiq se jinbidlu kif ġej:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tnejn 16 ta' Diċembru 2019 fis-19:00.
Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni u mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 f'12:00.
Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 fis-13:00.
Talbiet għal votazzjonijiet maqsumin u talbiet għal votazzjonijiet separati: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 fis-19:00.

Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.

Barra minn hekk, il-President kellu quddiemu t-talbiet ta' modifiki li ġejjin:

It-Tlieta

Talba mill-Grupp Verts/ALE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar id-diżabilità wara l-2020 (punt 55 tal-PDOJ) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni, li se jittressqu għall-votazzjoni fis-sessjoni parzjali sussegwenti.

Intervent ta': Katrin Langensiepen, f'isem il-Grupp Verts/ALE, li għamlet it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Talba mill-Grupp S&D biex jiżdied, fit-tieni punt tal-aġenda ta' filgħodu, dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-COP25.

Interventi ta': Simona Bonafè, f'isem il-Grupp S&D, li għamlet it-talba, Esther de Lange, li pproponiet li d-dibattitu jsir it-Tlieta wara nofsinhar jew l-Erbgħa wara nofsinhar, u Simona Bonafè, li taqbel li dan isir it-Tlieta wara nofsinhar.

Il-Parlament approva t-talba kif modifikata.

L-Erbgħa

Talba mill-Grupp ECR biex tiżdied, fil-ħames punt tal-aġenda ta' wara nofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar it-trażżin vjolenti tal-protesti riċenti fl-Iran. Id-dibattitu se jingħalaq permezz tat-tressiq tal-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni, li se jittressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.

Interventi ta': Anna Fotyga, f'isem il-Grupp ECR, li għamlet it-talba, Simona Bonafè, li pproponiet li d-dibattitu jsir fis-sessjoni parzjali li jmiss, u Anna Fotyga, li tinsisti fuq it-talba tal-Grupp ECR.

B'VE (207 vot favur, 154 kontra, 28 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

L-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin ġew stabbiliti:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 f'12:00.
Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni u mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2019 f'12:00.
Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2019 fis-13:00.
Talbiet għal votazzjonijiet maqsumin u talbiet għal votazzjonijiet separati: l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2019 fis-19:00.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Interventi ta': Nicolaus Fest u Marco Zanni.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Marzu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza