Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Erbgħa 11 ta' Diċembru 2019 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.11.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit infurmat li Alyn Smith ġie elett Membru tal-Parlament tar-Renju Unit mit-13 ta' Diċembru 2019.
Il-Parlament jieħu nota li, skont l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru Parlamentari Ewropew u jikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mit-13 ta' Diċembru 2019.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-Grupp S&D id-deċiżjonijiet li ġejjin li jemendaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat EMPL: Marc Angel minflok Nicolas Schmit
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-kumitati parlamentari konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija: Marc Angel minflok Nicolas Schmit
Dawn id-deċiżjonijiet jibdew ikollhom effett mill-ġurnata tal-lum.
6. Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitati ENVI u INTA bagħtu dawn ir-rettifiki ta' testi adottati mill-Parlament Ewropew:
— Rettifika P8_TA(2017)0107(COR02) għar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-5 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament P8_TA(2017)0107) (10728/4/2016 – C8-0104/2017 – 2012/0266(COD)) - Kumitat ENVI;
— Rettifika P8_TA(2017)0108(COR02) għar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-5 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament P8_TA(2017)0108) (10729/4/2016 – C8-0105/2017 – 2012/0267(COD)) - Kumitat ENVI;
— Rettifika P8_TA(2019)0022(COR01)tar-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2019 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (ĠU L 38, 8.2.2019, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament P8_TA(2019)0022) (COM(2018)0312 – C8-0202/2018 – 2018/0158(COD)) - Kumitat INTA.
Bi qbil mal-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew numru ta' Membri li jilħqu tal-inqas il-limitu baxx biex titressaq għall-votazzjoni.
7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabba li, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitati ITRE u TRAN iddeċidew li jibdew negozjati interistituzzjonali abbażi tal-pożizzjoni tal-Parlament f'dan l-ewwel qari:
— Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (COM(2018)0438 – C8-0255/2018 – 2018/0228(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0420.
8. Atti u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112(4)(d) u Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Skont l-Artikolu 112(4) u l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ħabbar lill-Presidenti tal-Parlament li ma tressqet l-ebda oġġezzjoni rigward:
— Rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39, l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 7 u 9 (D064618/01 - 2019/2912(RPS)) (B9-0229/2019)
Jekk, fi żmien skadenza ta' erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li mill-inqas jilħqu l-limitu l-baxx, din titqies approvata. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rakkomandazzjoni titressaq għal votazzjoni.
9. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 145 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li rċieva, skont l-Artikolu 145(2) tar-Regoli ta' Proċedura, talba tal-Kumitat EMPL għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex dan jagħti opinjoni dwar pagi minimi diċenti fl-Ewropa kollha
Din it-talba għal konsultazzjoni se titqies bħala approvata sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li għandu jittieħed vot fuqha.
10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2019 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (00077/2019/LEX - C9-0200/2019 - 2017/0232(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (00076/2019/LEX - C9-0199/2019 - 2017/0231(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (00075/2019/LEX - C9-0190/2019 - 2017/0230(COD)).
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (COM(2019)0619 - C9-0188/2019 - 2019/0272(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
ENVI
2) mill-kumitati parlamentari
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gambja u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (08974/2019 - C9-0106/2019 - 2019/0076(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Carmen Avram (A9-0026/2019)
- Rapport dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew – rapport annwali 2018 (2019/2134(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Peter Jahr (A9-0032/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (11033/2019 - C9-0049/2019 - 2018/0147(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Tomasz Piotr Poręba (A9-0041/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020 (COM(2019)0580 - C9-0163/2019 - 2019/0253(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Norbert Lins (A9-0042/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta' fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju (08730/2019 - C9-0018/2019 - 2019/0013(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roberta Metsola (A9-0043/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta' fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (08732/2019 - C9-0019/2019 - 2019/0012(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Roberta Metsola (A9-0044/2019)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2019)0411 - C9-0116/2019 - 2019/0192(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Luisa Regimenti (A9-0045/2019)
- * Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (13651/2019 - C9-0173/2019 - 2019/0818(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0046/2019)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2018)0813 - C8-0016/2019 - 2018/0413(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0047/2019)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament (COM(2018)0812 - C8-0015/2019 - 2018/0412(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0048/2019)
- Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (12451/2019 - C9-0149/2019 - 2019/0817(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0049/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (09405/2019 - C9-0010/2019 - 2019/0099(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Bernd Lange (A9-0050/2019)
12. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000040/2019 mressqa minn Irene Tinagli, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Tassazzjoni ġusta f'ekonomija diġitalizzata u globalizzata – BEPS 2.0 (B9-0060/2019);
— O-000041/2019 mressqa minn Monika Hohlmeier, f'isem il-Kumitat CONT, lill-Kummissjoni: Kunflitt ta' interess u korruzzjoni li jaffettwaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fl-Istati Membri (B9-0061/2019);
— O-000042/2019/rev.5 mressqa minn Bartosz Arłukowicz, Sara Cerdas, Frédérique Ries, Margrete Auken, Luisa Regimenti u Joanna Kopcińska, f'isem il-Kumitat ENVI, u Kateřina Konečná, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u tal-kura (B9-0062/2019).
13. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Diċembru II 2019 (PE 645.170/PDOJ) tqassam.
Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-modifika li ġejja (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):
Il-Ħamis
Il-votazzjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt f'Malta, wara r-rivelazzjonijiet reċenti rigward il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia (punt 46 tal-PDOJ) se titmexxa fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Erbgħa.
Għaldaqstant, l-iskadenzi għat-tressiq se jinbidlu kif ġej:
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tnejn 16 ta' Diċembru 2019 fis-19:00. Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni u mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 f'12:00. Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 fis-13:00. Talbiet għal votazzjonijiet maqsumin u talbiet għal votazzjonijiet separati: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 fis-19:00.
Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.
Barra minn hekk, il-President kellu quddiemu t-talbiet ta' modifiki li ġejjin:
It-Tlieta
Talba mill-Grupp Verts/ALE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar id-diżabilità wara l-2020 (punt 55 tal-PDOJ) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni, li se jittressqu għall-votazzjoni fis-sessjoni parzjali sussegwenti.
Intervent ta': Katrin Langensiepen, f'isem il-Grupp Verts/ALE, li għamlet it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Talba mill-Grupp S&D biex jiżdied, fit-tieni punt tal-aġenda ta' filgħodu, dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-COP25.
Interventi ta': Simona Bonafè, f'isem il-Grupp S&D, li għamlet it-talba, Esther de Lange, li pproponiet li d-dibattitu jsir it-Tlieta wara nofsinhar jew l-Erbgħa wara nofsinhar, u Simona Bonafè, li taqbel li dan isir it-Tlieta wara nofsinhar.
Il-Parlament approva t-talba kif modifikata.
L-Erbgħa
Talba mill-Grupp ECR biex tiżdied, fil-ħames punt tal-aġenda ta' wara nofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar it-trażżin vjolenti tal-protesti riċenti fl-Iran. Id-dibattitu se jingħalaq permezz tat-tressiq tal-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni, li se jittressqu għall-votazzjoni nhar il-Ħamis.
Interventi ta':Anna Fotyga, f'isem il-Grupp ECR, li għamlet it-talba, Simona Bonafè, li pproponiet li d-dibattitu jsir fis-sessjoni parzjali li jmiss, uAnna Fotyga, li tinsisti fuq it-talba tal-Grupp ECR.
L-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin ġew stabbiliti:
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 17 ta' Diċembru 2019 f'12:00. Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni u mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2019 f'12:00. Emendi għall-mozzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2019 fis-13:00. Talbiet għal votazzjonijiet maqsumin u talbiet għal votazzjonijiet separati: l-Erbgħa 18 ta' Diċembru 2019 fis-19:00.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
° ° ° °
Interventi ta': Nicolaus Fest u Marco Zanni.
PRESIDENZA: Dita CHARANZOVÁ Viċi President
14. Kommemorazzjoni tat-30 anniversarju tar-rivoluzzjoni Rumena ta' Diċembru 1989 (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Kommemorazzjoni tat-30 anniversarju tar-rivoluzzjoni Rumena ta' Diċembru 1989 (2019/2989(RSP))
Adina-Ioana Vălean (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Traian Băsescu f'isem il-Grupp PPE, Cristian Terheş f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş f'isem il-Grupp Renew, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nicola Procaccini f'isem il-Grupp ECR, Siegfried Mureşan, Adrian-Dragoş Benea, Vlad-Marius Botoş, Kinga Gál, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Alexander Alexandrov Yordanov, Bogusław Liberadzki, Dan-Ştefan Motreanu, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomislav Sokol, Carmen Avram, Loránt Vincze, Tudor Ciuhodaru u Maria Grapini.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eugen Tomac, Robert Hajšel, Clare Daly, Iuliu Winkler u Julie Ward.
Intervent ta': Adina-Ioana Vălean.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
15. Rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament * - Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT * (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament [COM(2018)0812 - C8-0015/2019 - 2018/0412(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0048/2019)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT [COM(2018)0813 - C8-0016/2019 - 2018/0413(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0047/2019)
Lídia Pereira ppreżentat ir-rapporti.
Intervent ta': Paolo Gentiloni (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE, Csaba Molnár f'isem il-Grupp S&D, Ondřej Kovařík f'isem il-Grupp Renew, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gunnar Beck f'isem il-Grupp ID, Eugen Jurzyca f'isem il-Grupp ECR, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Henrik Overgaard Nielsen Membru mhux affiljat, Pablo Arias Echeverría, Marek Belka, Bogdan Rzońca, Emmanuel Maurel, Ivan Vilibor Sinčić, Ivan Štefanec, Zbigniew Kuźmiuk u Barbara Thaler.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Vlad-Marius Botoş u Tudor Ciuhodaru.
16. Ħatriet ta' Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (dibattitu)
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [12451/2019 - C9-0149/2019- 2019/0817(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0049/2019)
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [13651/2019 - C9-0173/2019 - 2019/0818(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0046/2019)
Irene Tinagli ppreżentat ir-rapporti.
Intervent ta': Paolo Gentiloni (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D, Luis Garicano f'isem il-Grupp Renew, u Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE.
PRESIDENZA: Ewa KOPACZ Viċi President
Interventi ta': Antonio Maria Rinaldi f'isem il-Grupp ID, Johan Van Overtveldt f'isem il-Grupp ECR, José Gusmão f'isem il-Grupp GUE/NGL, Stefan Berger, Pedro Marques, Ernest Urtasun, Herve Juvin, Matt Carthy, Fabio Massimo Castaldo Membru mhux affiljat, Paul Tang, Roman Haider, Evelyn Regner, Gunnar Beck u Maximilian Krah.
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000040/2019) imressqa minn Irene Tinagli, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Tassazzjoni ġusta f'ekonomija diġitalizzata u globalizzata – BEPS 2.0 (B9-0060/2019)
Irene Tinagli daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Paolo Gentiloni (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.
Interventi ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D, Luis Garicano f'isem il-Grupp Renew, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gunnar Beck f'isem il-Grupp ID, Bogdan Rzońca f'isem il-Grupp ECR, José Gusmão f'isem il-Grupp GUE/NGL, Lefteris Nikolaou-Alavanos Membru mhux affiljat, Enikő Győri, Paul Tang, Dragoș Pîslaru, Ernest Urtasun, Matt Carthy, Pilar del Castillo Vera, Aurore Lalucq, Henrike Hahn, João Ferreira, Barbara Thaler, Marek Belka, Evelyn Regner u Margarida Marques.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Billy Kelleher.
Intervent ta': Paolo Gentiloni.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan [COM(2019)0411 - C9-0116/2019- 2019/0192(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Luisa Regimenti (A9-0045/2019)
Luisa Regimenti ppreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Paolo Gentiloni (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': David McAllister f'isem il-Grupp PPE, Jérémy Decerle f'isem il-Grupp Renew, u Thierry Mariani f'isem il-Grupp ID.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Tudor Ciuhodaru.
Interventi ta': Paolo Gentiloni u Luisa Regimenti.
19. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:
Andrea Bocskor, Tudor Ciuhodaru, Phil Bennion, Nico Semsrott, Maxette Pirbakas, Hermann Tertsch, Kateřina Konečná, Milan Zver, Ibán García Del Blanco, Jane Brophy, Francisco Guerreiro, Christine Anderson, Radan Kanev, César Luena, Billy Kelleher, Kostas Papadakis, Sunčana Glavak, Javi López, Peter Pollák, Inma Rodríguez-Piñero, Susanna Ceccardi, Matthew Patten, Irena Joveva, Tomislav Sokol u Cristian Terheş.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 645.170/OJMA).