(Votazzjoni b'mod sigriet) (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President iddikjara li rċieva n-nomina ta' Giuseppe Fortunato, Julia Laffranque, Nils Muižnieks, Emily O’Reilly u Cecilia Wikström. Huwa fakkar fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura u l-arranġamenti prattiċi tal-votazzjoni.
Il-President ikkonstata li l-kundizzjonijiet tal-elezzjoni huma ssodisfati, bil-preżenza ta' aktar minn nofs il-membri li jiffurmaw il-Parlament.
Sussegwentement saret votazzjoni sigrieta.
Il-President qara ir-riżultati tal-votazzjoni:
- votanti: 692
- astensjonijiet: 103
- voti mitfugħa: 589
- maġġoranza meħtieġa: 295
Voti miksuba, f'ordni mill-aktar voti għall-inqas: