Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 17 ta' Diċembru 2019 - Strasburgu

4. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


4.1. L-elezzjoni tal-Ombudsman (votazzjoni)

(Votazzjoni b'mod sigriet) (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President iddikjara li rċieva n-nomina ta' Giuseppe Fortunato, Julia Laffranque, Nils Muižnieks, Emily O’Reilly u Cecilia Wikström. Huwa fakkar fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura u l-arranġamenti prattiċi tal-votazzjoni.

Il-President ikkonstata li l-kundizzjonijiet tal-elezzjoni huma ssodisfati, bil-preżenza ta' aktar minn nofs il-membri li jiffurmaw il-Parlament.

Sussegwentement saret votazzjoni sigrieta.

Il-President qara ir-riżultati tal-votazzjoni:

- votanti: 692

- astensjonijiet: 103

- voti mitfugħa: 589

- maġġoranza meħtieġa: 295

Voti miksuba, f'ordni mill-aktar voti għall-inqas:

Emily O’Reilly: 240 vot

Julia Laffranque: 162 vot

Cecilia Wikström: 73 vot

Giuseppe Fortunato: 67 vot

Nils Muižnieks: 47 vot

Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 17.12.2019).

Ebda kandidat ma kiseb il-maġġoranza tal-voti mitfugħa u b'hekk għada l-Erbgħa fin-12.30 ser issir it-tieni votazzjoni.

L-iskadenza għall-irtirar tal-kandidaturi ġiet stabbilita għat-20.00 ta' llejla.

°
° ° °

Interventi ta': Philippe Lamberts u Iratxe García Pérez dwar ċerti kummenti ta' Angel Dzhambazki (il-President ħa nota).


4.2. Assistenza makrofinanzjarja lill-Ġordan ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan [COM(2019)0411 - C9-0116/2019 - 2019/0192(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Luisa Regimenti (A9-0045/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0085)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


4.3. Ftehim UE-Żvizzera dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditazzjoni ta' fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorju [08730/2019 - C9-0018/2019 - 2019/0013(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Roberta Metsola (A9-0043/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0086)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


4.4. Ftehim UE-Liechtenstein dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji [08732/2019 - C9-0019/2019 - 2019/0012(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Roberta Metsola (A9-0044/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0087)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


4.5. Protokoll għal mal-Ftehim UE-Żvizzera li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fil-Konfederazzjoni Żvizzera rigward l-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi [15783/2018 - C9-0025/2019 - 2018/0418(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jadwiga Wiśniewska (A9-0025/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0088)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


4.6. L-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra [09405/2019 - C9-0010/2019 - 2019/0099(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Bernd Lange (A9-0050/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0089)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-ftehim


4.7. Rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' ċerti rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament [COM(2018)0812 - C8-0015/2019 - 2018/0412(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0048/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0090)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)


4.8. Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT [COM(2018)0813 - C8-0016/2019 - 2018/0413(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Lídia Pereira (A9-0047/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0091)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)


4.9. L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") [COM(2019)0359 - C9-0118/2019 - 2019/0162(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Tomas Tobé (A9-0033/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0092)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)


4.10. Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [12451/2019 - C9-0149/2019 - 2019/0817(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0049/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI: ĦATRA TA' FABIO PANETTA

Adozzjoni (P9_TA(2019)0093)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 2 tal-Minuti ta' 17.12.2019)


4.11. Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [13651/2019 - C9-0173/2019 - 2019/0818(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0046/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI: ĦATRA TA' ISABEL SCHNABEL

Adozzjoni (P9_TA(2019)0094)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 3 tal-Minuti ta' 17.12.2019)

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Diċembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza