Deċiżjonijiet biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 28 ta' Novembru 2019)
Kumitat AFET
- Turkija - Rapport ta' progress annwali 2019 (2019/2176(INI))
- Serbja - Rapport ta' progress annwali 2019 (2019/2175(INI))
- Maċedonja ta' Fuq - Rapport ta' progress annwali 2019 (2019/2174(INI))
- Montenegro - Rapport ta' progress annwali 2019 (2019/2173(INI))
- Kosovo - Rapport ta' progress annwali 2019 (2019/2172(INI))
- Bożnija-Ħerzegovina - Rapport ta' progress annwali 2019 (2019/2171(INI))
- Albanija - Rapport ta' progress annwali 2019 (2019/2170(INI))
Kumitat AGRI
- L-Istrateġija Ewropea għall-Foresti - It-Triq 'il Quddiem (2019/2157(INI)) (opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE)
Kumitat ENVI
- Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja (COM(2019)0352 - 2019/2156(INI)) (opinjoni: DEVE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), INTA, ITRE, REGI, AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))
Kumitat FEMM
- L-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (2019/2169(INI)) (opinjoni: EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), CULT, LIBE)
- Tnaqqis tad-disparità bejn il-ġeneri fil-qasam diġitali: il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija diġitali (2019/2168(INI)) (opinjoni: ITRE)
- L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE (2019/2167(INI)) (opinjoni: AFET)
- L-impatt tal-vjolenza domestika u tad-drittijiet ta' kustodja fuq in-nisa u t-tfal (2019/2166(INI))
- Is-sitwazzjoni fir-rigward tas-saħħa u tad-drittijiet sesswali u riproduttiva fl-UE, fil-qafas tas-saħħa tan-nisa (2019/2165(INI))
- Tħeġġiġ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u l-karrieri fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM) (2019/2164(INI)) (opinjoni: ITRE, CULT (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))
Kumitat PECH
- Rikostituzzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Mediterran: valutazzjoni u l-passi li jmiss (2019/2178(INI))
- Nilħqu l-objettivi tal-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tal-Politika Komuni tas-Sajd (2019/2177(INI))
- Il-konsegwenzi tat-temperaturi jiżdiedu tal-ibħra għall-istokkijiet tal-ħut u għas-sajd (2019/2163(INI))
- Aktar ħut fl-ibħra? Miżuri biex jippromwovu l-irkupru tal-istokkijiet 'il fuq mir-Rendiment Massimu Sostenibbli (MSY), inklużi ż-żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut u ż-żoni tal-baħar protetti (2019/2162(INI))
- Sajjieda għall-futur: Nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta' ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw l-impjiegi fil-komunitajiet kostali (2019/2161(INI)) (opinjoni: EMPL)
- L-impatt tal-iskart fil-baħar fuq is-sajd (2019/2160(INI))
- Sfidi u opportunitajiet għas-settur tas-sajd fil-Baħar l-Iswed (2019/2159(INI))
- L-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd (2019/2158(INI)) (opinjoni: ITRE)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 11 ta' Diċembru 2019)
Kumitat AFET
- Rapport ta' implimentazzjoni annwali dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna (2019/2202(INI)) (opinjoni: INTA)
- Rapport ta' implimentazzjoni annwali dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova (2019/2201(INI)) (opinjoni: INTA)
- Rapport ta' implimentazzjoni annwali dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Georgia (2019/2200(INI)) (opinjoni: INTA)
Kumitat CULT
- Miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsiru aktar "ħodor" (2019/2195(INI))
- Il-kisba ta' legat politiku effettiv għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2019/2194(INI))
Kumitat DEVE
- Titjib tal-effikaċja tal-iżvilupp u tal-effiċjenza tal-għajnuna (2019/2184(INI))
Kumitat ECON
- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2020 (2019/2211(INI)) (opinjoni: BUDG (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), REGI, FEMM)
Kumitat EMPL
- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Impjiegi u Aspetti Soċjali fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2020 (2019/2212(INI)) (opinjoni: BUDG (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), CULT, FEMM)
- Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm EaSi (2019/2203(INI))
- It-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu (2019/2188(INI)) (opinjoni: FEMM, PETI)
- Aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd (2019/2187(INI)) (opinjoni: ITRE, FEMM)
- Kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi - Forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali (2019/2186(INI)) (opinjoni: TRAN)
- Id-demokrazija fil-post tax-xogħol: Qafas Ewropew għad-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet (2019/2185(INI)) (opinjoni: JURI)
Kumitat IMCO
- Implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, rigward l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà, u tad-Direttiva 2009/43/KE, rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża (2019/2204(INI)) (opinjoni: ITRE)
- Rapport Annwali dwar il-Funzjonament taż-Żona Schengen (2019/2196(INI))
Kumitat TRAN
- Rapport ta' implimentazzjoni dwar l-aspetti tas-sikurezza fit-toroq tal-Pakkett dwar il-Kontrolli Tekniċi tal-Vetturi (2019/2205(INI))
- Miżuri tekniċi u operattivi għal trasport marittimu aktar effiċjenti u aktar nadif (2019/2193(INI)) (opinjoni: ENVI)
- Reviżjoni tal-linji gwida dwar in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) (2019/2192(INI))
- Sikurezza u sinjalar ferrovjarji: valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) (2019/2191(INI))
Deċiżjonijiet biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 11 ta' Diċembru 2019)
Kumitat AFET
- Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar il-Balkani tal-Punent, fit-tħejjija għas-Summit ta' Mejju 2020 (2019/2210(INI)) (opinjoni: INTA)
- Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Ġunju 2020 (2019/2209(INI)) (opinjoni: INTA)