Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
It-Tnejn, 13 ta' Jannar 2020 - Strasburgu

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Karoline Edtstadler Għarrfet lill-President bil-ħatra tagħha bħala membru tal-gvern Awstrijak b'effett mis-7 ta' Jannar 2020.

Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali, din il-kariga mhijiex kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha b'effett mis-7 ta' Jannar 2020.

°
° ° °

B'segwitu tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Diċembru 2019, il-Parlament Ewropew ħa nota tal-elezzjoni ta' Oriol Junqueras i Vies, Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres, bħala Membri tal-Parlament Ewropew għal Spanja, b'effett mit-2 ta' Lulju 2019.

B'kunsiderazzjoni tad-deċiżjoni tal-Junta Electoral Central tat-3 ta' Jannar 2020 u b'segwitu tad-deċiżjoni tat-Tribunal Supremo tad-9 ta' Jannar 2020, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu ta' Oriol Junqueras i Vies li tiddekorri mit-3 ta' Jannar 2020, skont ir-Regoli ta' Proċedura.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ma jkunux ġew ivverifikati jew tkun ġiet deċiża tilwima eventwali, Antoni Comín i Oliveres u Carles Puigdemont i Casamajó huma Membri tal-Parlament Ewropew u tal-organi tiegħu bit-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħhom, kemm-il darba jkunu ddikjaraw minn qabel li ma jkunux qed jeżerċitaw funzjoni inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza