9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2020 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) (00037/2019/LEX - C9-0005/2020 - 2018/0187(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (00096/2019/LEX - C9-0003/2020 - 2019/0192(COD)).