Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
It-Tnejn, 13 ta' Jannar 2020 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Jannar I 2020 (PE 646.106/PDOJ) tqassam.

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, Il-President ippropona l-modifika li ġejja (Artikolu 158 tar-regoli ta' Proċedura):

Il-Ħamis

It-titolu tad-dibattitu dwar “Il-Burundi, b'mod partikolari l-każ tal-ġurnalisti inkarċerati” (punt 60 tal-PDOJ) jinbidel għal “Il-Burundi, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni”.

Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.

Barra minn hekk, Il-President irċieva t-talbiet għal modifiki li ġejjin:

It-Tnejn

Talba tal-Grupp PPE biex it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-kriminalità organizzata transfruntiera u l-impatt tagħha fuq il-moviment liberu” (punt 42 tal-PDOJ) jinbidel għal “Il-kriminalità organizzata transfruntiera u l-impatt tagħha fuq il-moviment liberu, il-każ ta' Malmö u Copenhagen”.
Interventi ta': Tomas Tobé, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Iratxe García Pérez kontra t-talba.

B'VSI (187 vot favur, 258 kontra, 20 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Nirien devastanti fil-bush fl-Awstralja u avvenimenti estremi oħra tat-temp b'konsegwenza tat-tibdil fil-klima” (punt 66 tal-PDOJ) jinbidel għal "Nirien devastanti fil-bush fl-Awstralja: attivazzjoni tal-programm RescEU".
Interventi ta': Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ID, li ġġustifikat it-talba, u Petros Kokkalis kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiddaħħlu, bħala t-tieni punt fl-aġenda tal-waranofsinhar, dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar “Użu eċċessiv ta' forza mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi waqt protesti u dimostrazzjonijiet paċifiċi”. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom fis-16 ta' Jannar 2020.
Interventi ta': Anne-Sophie Pelletier, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Beata Kempa, ukoll dwar l-affermazzjonijiet tal-kelliema preċedenti, u Iratxe García Pérez kontra l-proposta li d-dibattitu jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

B'VSI (220 vot favur, 237 kontra, 24 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp ECR biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt fl-aġenda tal-waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Istat tad-dritt fi Franza, speċjalment il-vjolenza riċenti kontra l-avukati dimostranti”. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom fis-16 ta' Jannar 2020.
Intervent ta': Beata Kempa, f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifikat it-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' April 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza