Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 19 ta' Diċembru 2019 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.02.
3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni rigward l-inċident li seħħ nhar l-Erbgħa li għadda fejn twaqqa' ajruplan Ukren f'Teheran, u esprima, f'isem il-Parlament, il-kondoljanzi tiegħu mal-familjari tal-176 vittma ta' dan l-inċidenti traġiku.
Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala tifkira tal-vittmi.
° ° ° °
Intervent ta': Rasa Juknevičienė.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-gruppi PPE u ECR id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat ITRE: Beata Szydło minflok Geoffrey Van Orden
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: Ioan-Rareş Bogdan minflok Gheorghe-Vlad Nistor
Dawn id-deċiżjonijiet jibdew ikollhom effett mill-ġurnata tal-lum.
6. Kompożizzjoni tal-Parlament
Karoline Edtstadler Għarrfet lill-President bil-ħatra tagħha bħala membru tal-gvern Awstrijak b'effett mis-7 ta' Jannar 2020.
Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali, din il-kariga mhijiex kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha b'effett mis-7 ta' Jannar 2020.
° ° ° °
B'segwitu tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Diċembru 2019, il-Parlament Ewropew ħa nota tal-elezzjoni ta' Oriol Junqueras i Vies, Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres, bħala Membri tal-Parlament Ewropew għal Spanja, b'effett mit-2 ta' Lulju 2019.
B'kunsiderazzjoni tad-deċiżjoni tal-Junta Electoral Central tat-3 ta' Jannar 2020 u b'segwitu tad-deċiżjoni tat-Tribunal Supremo tad-9 ta' Jannar 2020, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu ta' Oriol Junqueras i Vies li tiddekorri mit-3 ta' Jannar 2020, skont ir-Regoli ta' Proċedura.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ma jkunux ġew ivverifikati jew tkun ġiet deċiża tilwima eventwali, Antoni Comín i Oliveres u Carles Puigdemont i Casamajó huma Membri tal-Parlament Ewropew u tal-organi tiegħu bit-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tagħhom, kemm-il darba jkunu ddikjaraw minn qabel li ma jkunux qed jeżerċitaw funzjoni inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
7. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Lucy Elizabeth Harris, Annunziata Mary Rees-Mogg u John Longworth ma baqgħux fil-kariga ta' membri mhux affiljati u aderew mal-Grupp ECR b'effett li jiddekorri mid-data 10 ta' Jannar 2020.
Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres għandhom jidħlu fil-kariga ta' membri mhux affiljati.
8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat JURI ddeċieda li jibda negozjati interistituzzjonali abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li ġejjin:
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0798 – C8-0525/2016 – 2016/0399(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0411;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0799 – C8-0148/2019 – 2016/0400B(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0409;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0222;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (COM(2018)0378 – C8-0242/2018 – 2018/0203(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0103;
— Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (COM(2018)0379 – C8-0243/2018 – 2018/0204(COD)) – pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0104.
9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2020 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) (00037/2019/LEX - C9-0005/2020 - 2018/0187(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi aktar assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (00096/2019/LEX - C9-0003/2020 - 2019/0192(COD)).
10. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000048/2019 imressqa minn Irene Tinagli, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: L-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: Il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (B9-0001/2020);
— O-000002/2020 imressqa minn Lucy Nethsingha, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Oġġetti illeċiti prodotti bl-istampar 3D (B9-0002/2020).
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (12199/2019 - C9-0001/2020 - 2019/0173(NLE))
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2018 (2019/2125(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Isabel Wiseler-Lima (A9-0051/2019)
- Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni – rapport annwali (2019/2135(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Arnaud Danjean (A9-0052/2019)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew in-Norveġja, għall-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi (15791/2018 - C9-0155/2019 - 2018/0419(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Jadwiga Wiśniewska (A9-0053/2019)
- Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni - rapport annwali (2019/2136(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: David McAllister (A9-0054/2019)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (13952/2019 - C9-0166/2019 - 2018/0006(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Inese Vaidere (A9-0055/2019)
12. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Jannar I 2020 (PE 646.106/PDOJ) tqassam.
Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, Il-President ippropona l-modifika li ġejja (Artikolu 158 tar-regoli ta' Proċedura):
Il-Ħamis
It-titolu tad-dibattitu dwar “Il-Burundi, b'mod partikolari l-każ tal-ġurnalisti inkarċerati” (punt 60 tal-PDOJ) jinbidel għal “Il-Burundi, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni”.
Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.
Barra minn hekk, Il-President irċieva t-talbiet għal modifiki li ġejjin:
It-Tnejn
Talba tal-Grupp PPE biex it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar“Il-kriminalità organizzata transfruntiera u l-impatt tagħha fuq il-moviment liberu” (punt 42 tal-PDOJ) jinbidel għal “Il-kriminalità organizzata transfruntiera u l-impatt tagħha fuq il-moviment liberu, il-każ ta' Malmö u Copenhagen”. Interventi ta':Tomas Tobé, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, uIratxe García Pérez kontra t-talba.
Talba tal-Grupp ID biex it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Nirien devastanti fil-bush fl-Awstralja u avvenimenti estremi oħra tat-temp b'konsegwenza tat-tibdil fil-klima” (punt 66 tal-PDOJ) jinbidel għal "Nirien devastanti fil-bush fl-Awstralja: attivazzjoni tal-programm RescEU". Interventi ta': Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ID, li ġġustifikat it-talba, u Petros Kokkalis kontra t-talba.
Il-Parlament irrifjuta t-talba.
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiddaħħlu, bħala t-tieni punt fl-aġenda tal-waranofsinhar, dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar “Użu eċċessiv ta' forza mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi waqt protesti u dimostrazzjonijiet paċifiċi”. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom fis-16 ta' Jannar 2020. Interventi ta': Anne-Sophie Pelletier, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Beata Kempa, ukoll dwar l-affermazzjonijiet tal-kelliema preċedenti, u Iratxe García Pérez kontra l-proposta li d-dibattitu jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Talba tal-Grupp ECR biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt fl-aġenda tal-waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Istat tad-dritt fi Franza, speċjalment il-vjolenza riċenti kontra l-avukati dimostranti”. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom fis-16 ta' Jannar 2020. Intervent ta': Beata Kempa, f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifikat it-talba.
Il-Parlament irrifjuta t-talba.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
13. Nirien devastanti fil-bush fl-Awstralja u avvenimenti estremi oħra tat-temp b'konsegwenza tat-tibdil fil-klima (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Nirien devastanti fil-bush fl-Awstralja u avvenimenti estremi oħra tat-temp b'konsegwenza tat-tibdil fil-klima (2019/2504(RSP))
PRESIDENZA: Dita CHARANZOVÁ Viċi President
Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Hildegard Bentele f'isem il-Grupp PPE, Miriam Dalli, f'isem il-Grupp S&D, Ulrike Müller f'isem il-Grupp Renew, Pär Holmgren f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sylvia Limmer f'isem il-Grupp ID, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Petros Kokkalis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi Membru mhux affiljata, Michal Wiezik, Kati Piri, Stéphane Bijoux, Anna Cavazzini, Annika Bruna, Anne-Sophie Pelletier, Piernicola Pedicini, Agnès Evren, Jytte Guteland, Nils Torvalds, Ville Niinistö, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Rupert Lowe, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Petros Kokkalis, Stanislav Polčák, Kathleen Van Brempt, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Paweł Balt, Marie Toussaint, Joëlle Mélin, Robert Rowland, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bogdan Rzońca, Lídia Pereira, Nikos Androulakis, Saskia Bricmont, Maria Spyraki u Pernille Weiss.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Nicolás González Casares, Ondřej Knotek, Ellie Chowns, Clare Daly, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Franc Bogovič, Tanja Fajon, Hilde Vautmans, Mick Wallace, Robert Hajšel u Julie Ward.
Intervent ta': Maroš Šefčovič.
Id-dibattitu ngħalaq.
14. Il-kriminalità organizzata transfruntiera u l-impatt tagħha fuq il-moviment liberu (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Il-kriminalità organizzata transfruntiera u l-impatt tagħha fuq il-moviment liberu (2019/2985(RSP))
Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Tomas Tobé f'isem il-Grupp PPE, Heléne Fritzon f'isem il-Grupp S&D, Karin Karlsbro f'isem il-Grupp Renew, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Teuvo Hakkarainen f'isem il-Grupp ID, Charlie Weimers f'isem il-Grupp ECR, Martin Edward Daubney Membru mhux affiljat, Javier Zarzalejos, Christel Schaldemose, Maite Pagazaurtundúa, Ruža Tomašić, Balázs Hidvéghi, Tanja Fajon, Ramona Strugariu, Jörgen Warborn u Moritz Körner.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Robert Hajšel, Izaskun Bilbao Barandica, Mick Wallace, Arba Kokalari, Maria Grapini u Antonius Manders.
Intervent ta': Maroš Šefčovič.
PRESIDENZA: Katarina BARLEY Viċi President
Id-dibattitu ngħalaq.
15. Ċarġer komuni għall-apparat radju mobbli (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ċarġer komuni għall-apparat radju mobbli (2019/2983(RSP))
Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Róża Thun und Hohenstein f'isem il-Grupp PPE, Christel Schaldemose f'isem il-Grupp S&D, Liesje Schreinemacher f'isem il-Grupp Renew, David Cormand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Virginie Joron f'isem il-Grupp ID, Andżelika Anna Możdżanowska f'isem il-Grupp ECR, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antonius Manders, Alex Agius Saliba, Dita Charanzová, Petra De Sutter, Andreas Schwab, Biljana Borzan, Maria da Graça Carvalho, Evelyne Gebhardt, Edina Tóth, Pablo Arias Echeverría, Ivan Štefanec u Pilar del Castillo Vera.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Romana Tomc, Adriana Maldonado López, Vlad-Marius Botoş, João Ferreira, Maria Manuel Leitão Marques, Michaela Šojdrová u Leszek Miller.
Intervent ta': Maroš Šefčovič.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: sessjoni parzjali futura.
16. Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri (2019/2870(RSP))
Helena Dalli (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Frances Fitzgerald f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Sylvie Brunet f'isem il-Grupp Renew, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Maximilian Krah f'isem il-Grupp ID, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Sandra Pereira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rosa Estaràs Ferragut, Agnes Jongerius, Radka Maxová, Kira Marie Peter-Hansen, Isabella Tovaglieri, Elżbieta Rafalska, Eugenia Rodríguez Palop, Daniela Rondinelli, Cindy Franssen, Heléne Fritzon, Susana Solís Pérez, Alexandra Louise Rosenfield Phillips, Annika Bruna, Jessica Stegrud, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Danuta Maria Hübner u Elisabetta Gualmini.
PRESIDENZA: Pedro SILVA PEREIRA Viċi President
Interventi ta': Samira Rafaela, Beata Szydło, Maria da Graça Carvalho, Jackie Jones, Izaskun Bilbao Barandica, Andżelika Anna Możdżanowska, Michaela Šojdrová, Marc Angel, Dace Melbārde, Sunčana Glavak u Robert Biedroń.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Henna Virkkunen, Margarida Marques, Vlad-Marius Botoş, Lina Gálvez Muñoz, Kateřina Konečná u Isabel Carvalhais.
Intervent ta': Helena Dalli.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: Sessjoni parzjali ta' Jannar II.
17. "Housing First", azzjoni urġenti biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar fl-Ewropa (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: "Housing First", azzjoni urġenti biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-persuni mingħajr dar fl-Ewropa (2019/3013(RSP))
Nicolas Schmit (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Dennis Radtke f'isem il-Grupp PPE, Agnes Jongerius f'isem il-Grupp S&D, Dragoş Pîslaru f'isem il-Grupp Renew, Katrin Langensiepen f'isem il-Grupp Verts/ALE, France Jamet f'isem il-Grupp ID, Elżbieta Rafalska f'isem il-Grupp ECR, Leila Chaibi f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Dennis Radtke, Cindy Franssen, Manuel Pizarro, Véronique Trillet-Lenoir, Kim Van Sparrentak, Guido Reil, Beata Szydło, José Gusmão, Claire Fox, Mairead McGuinness, Estrella Durá Ferrandis, Francisco Guerreiro, Silvia Sardone, Konstantinos Arvanitis, Daniela Rondinelli, Romana Tomc, Milan Brglez, Karima Delli, Mathilde Androuët, Stelios Kympouropoulos u Bernhard Zimniok.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, John Howarth, Ciarán Cuffe u Sandra Pereira.
Intervent ta': Nicolas Schmit.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:
Ivan Štefanec, Ivo Hristov, Judith Bunting, Silvia Sardone, Magid Magid, Charlie Weimers, Clare Daly, June Alison Mummery, Traian Băsescu, Carmen Avram, Antony Hook, Peter Kofod, Francisco Guerreiro, Jorge Buxadé Villalba (il-President ippreċiża xi punti), João Ferreira, Michaela Šojdrová, Łukasz Kohut, Jane Brophy, Stanislav Polčák, Vlad-Marius Botoş, Eugen Tomac, John Howarth, Cristina Maestre Martín De Almagro u Sunčana Glavak.
19. Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta li għaddejja
Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jkunu sottoposti għall-approvazjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 646.106/OJMA).