14. Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja
Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 9 ta' Jannar 2020)
Kumitat EMPL
- Traineeships ta' kwalità fl-UE (2020/2005(INL)) (opinjoni: CULT)
Kumitat ENVI
- Qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (2020/2006(INL)) (opinjoni: INTA (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE, AGRI)
Kumitat IMCO
- Att dwar is-Servizzi Diġitali: Titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku Diġitali (2020/2018(INL)) (opinjoni: ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), CULT (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), LIBE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))
Kumitat JURI
- Qafas tal-aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u t-teknoloġiji relatati (2020/2012(INL)) (opinjoni: AFET (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), EMPL, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), CULT, LIBE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AFCO)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 9 ta' Diċembru 2019)
Kumitat JURI
- Att dwar is-Servizzi Diġitali: adattament tar-regoli tad-dritt kummerċjali u ċivili għall-entitajiet kummerċjali li joperaw online (2020/2019(INL)) (opinjoni: IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))
Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 142(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 9 ta' Jannar 2020)
Kumitat AFET
- Rapport annwali dwar l-esportazzjoni tal-armi (2020/2003(INI)) (opinjoni: PETI)
Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 9 ta' Jannar 2020)
Kumitat AFET
- Kooperazzjoni UE-Afrika fil-qasam tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel, fil-Punent tal-Afrika u fil-Qarn tal-Afrika (2020/2002(INI))
- Sfidi u prospettivi għal reġimi multilaterali ta' kontroll tal-armi u diżarm (2020/2001(INI))
Kumitat CULT
- L-intelliġenza artifiċjali fl-edukazzjoni, fil-kultura u fis-settur awdjoviżiv (2020/2017(INI)) (opinjoni: IMCO, JURI, FEMM, LIBE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))
Kumitat EMPL
- Kontinent xiħ li qed jixjieħ - possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020 (2020/2008(INI)) (opinjoni: ECON, AGRI, FEMM)
- L-impatti tar-regoli tal-UE fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema u tas-servizzi: il-mobilità intra-UE tal-ħaddiema bħala għodda għat-tqabbil tal-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-ħaddiema (2020/2007(INI)) (opinjoni: IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AGRI)
Kumitat IMCO
- Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi (2020/2021(INI))
- Intelliġenza Artifiċjali: kwistjonijiet ta' interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt internazzjonali fil-livell li fih l-UE hija affettwata fl-oqsma tal-użi ċivili u militari u tal-awtorità tal-istat barra l-ambitu tal-ġustizzja kriminali (2020/2013(INI)) (opinjoni: AFET (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO, TRAN, LIBE, AFCO)
Kumitat LIBE
- L-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-kwistjonijiet li jinħolqu rigward id-drittijiet fundamentali (2020/2022(INI)) (opinjoni: IMCO)
- L-intelliġenza artifiċjali fil-liġi kriminali u l-użu tagħha mill-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji f'materji kriminali (2020/2016(INI)) (opinjoni: EMPL, IMCO, JURI)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: Nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa (2020/2011(INI)) (opinjoni: EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), CULT, FEMM)
- Rotot Ġodda għall-Migrazzjoni Legali tal-Ħaddiema (2020/2010(INI)) (opinjoni: EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))
- Tisħiħ tal-Libertà tal-Media: il-Protezzjoni tal-Ġurnalisti fl-Ewropa, id-Diskors ta' Mibegħda, id-Diżinformazzjoni u r-Rwol tal-Pjattaformi (2020/2009(INI)) (opinjoni: CULT (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))
Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 9 ta' Jannar 2020)
Kumitat AFET
- Rakkomandazzjoni lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill skont l-Artikolu 118 fl-ambitu tat-tħejjija tal-proċess ta' rieżami 2020 tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), tal-kontroll tal-armi nukleari u tal-opzjonijiet ta' diżarm nukleari (2020/2004(INI))