Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar 2020 - Brussell

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Christian Sagartz minflok Karoline Edtstadler bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 23 ta' Jannar 2020.

L-awtoritajiet kompetenti Brittaniċi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Heather Anderson minflok Alyn Smith bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 27 ta' Jannar 2020.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Christian Sagartz u Heather Anderson jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Awwissu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza