Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 4k
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar 2020 - Brussell

12. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti regoli ta' produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (C(2020)00051 - 2020/2516(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1254/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-unitajiet ta' ventilazzjoni residenzjali (C(2020)00142 - 2020/2526(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Pollakka tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/208 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (C(2020)00187 - 2020/2530(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 21 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE)2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards dwar il-bażijiet tad-data għaċ-ċertifikati ta' kwalifika tal-Unjoni, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta' abbord (C(2020)00248 - 2020/2528(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN, EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq (C(2020)00255 – 2020/2527(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tat-trattament tad-derivattivi OTC b'rabta ma' ċerti titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati għal finijiet ta' ħħeġġjar (C(2019) 8950 – 2019/3011(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 17 ta' Diċembru 2019 fuq talba tal-kumitat kompetenti

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Awwissu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza