Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar 2020 - Brussell

13. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta' ventilazzjoni (D064375/02 - 2020/2517(RPS) - skadenza: 13 ta' April 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (D065323/01 - 2020/2529(RPS) - skadenza: 22 ta' April 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Awwissu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza