Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 10k
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar 2020 - Brussell

15. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Jannar II (PE 646.752/PDOJ).

Wara konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, il-President ipproporna dawn l-emendi (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-epidemija tal-coronavirus ser jiżdiedu bħala l-ewwel punt tal-Aġenda ta' filgħaxija, wara l-ħin għall-votazzjoni. Is-seduta ġiet estiża sa 00:00.

Il-Ħamis

Dawn il-punti ser jiżdiedu fil-ħin tal-votazzjoni:
- "Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3): Il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet - diossidu tat-titanju";
- żewġ rapporti ta'
Irene Tinagli dwar il-"Ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni";
- rapport ta'
Irene Tinagli dwar il-"Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni";
- rapport ta'
Irene Tinagli dwar il-"Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)";
- rapport ta'
Lucy Nethsingha dwar il-"Verifika tal-kredenzjali".

Il-Parlament qabel dwar dawn il-mozzjonijiet.

L-iskadenzi għat-tressiq dwar ir-rapport ta' Lucy Nethsingha dwar il- "Verifika tal-kredenzjali" ġew stabbiliti kif ġej:
-
emendi: l-Erbgħa 29 ta' Jannar 2020 fis-18:00.
- talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma:
l-Erbgħa 29 ta' Jannar 2020 fid-21:00.

Barra minn hekk, il-President ġie kkonsultat dwar dawn it-talbiet għal emendi:

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiġi emendat it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Strateġija tal-UE għall-mobilità u t-trasport: miżuri meħtieġa sal-2030 u lil hinn" għal "Strateġija tal-UE għall-mobilità u t-trasport durabbli: miżuri meħtieġa sal-2030 u lil hinn".

Interventi ta': Elena Kountoura, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Barbara Thaler kontra t-talba.

B'VE (263 vot favur, 202 kontra, 8 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex mill-aġenda jitneħħa d-dibattitu dwar l-"Emenda tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-2019 tal-Indja" (punt 16 tal-PDOJ).

Interventi ta': Thierry Mariani f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba, Michael Gahler li ppropona, f'isem il-Grupp PPE, li l-votazzjoni rigward ir-riżoluzzjoni dwar "L-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-Indja" ssir fis-sessjoni parzjali ta' Marzu II 2020 u Shaffaq Mohammed kontra t-talba tal-Grupp ID.

B'VSI (111 vot favur, 356 kontra, 12 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp PPE biex il-votazzjoni rigward ir-riżoluzzjoni dwar "L-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-Indja" (punt 16 tal-PDOJ) titmexxa għas-sessjoni parzjali ta' Marzu II 2020.

Intervent ta': Scott Ainslie kontra t-talba.

B'VE (271 vot favur, 199 kontra, 13 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal, bħala r-raba' punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Is-sitwazzjoni fil-Brażil fir-rigward tal-prosekuzzjoni tal-ġurnalist Amerikan-Brażiljan Glenn Greenwald".

Interventi ta': Clare Daly, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Kati Piri kontra t-talba.

B'VSI (141 vot favur, 313 kontra, 28 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt fl-Aġenda ta' filgħodu, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-"Bidliet proposti fil-liġi elettorali tar-Rumanija".

Interventi ta': Simona Bonafè f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, u Esteban González Pons kontra t-talba.

B'VSI (136 vot favur, 302 kontra, 31 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt tal-Aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-"Rispons tal-UE għad-devastazzjoni wara l-għargħar fi Spanja".

Intervent ta': Diana Riba i Giner f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba.

B'VE (354 vot favur, 72 kontra, 26 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Intervent ta': Sergey Lagodinsky (Il-President iċċara xi punti).

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Awwissu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza