Indiċi 
Minuti
XML 148kPDF 277kWORD 75k
L-Erbgħa, 29 ta' Jannar 2020 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Seduta solenni - Jum Internazzjonali ta' Tifkira tal-Olokawst - il-75 anniversarju tal-liberazzjoni ta' Auschwitz
 4.Tkomplija tas-seduta
 5.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 6.Kompożizzjoni tal-Parlament
 7.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 12.Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
 13.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
 14.Dokumenti mressqa
 15.Ordni tal-ħidma
 16.Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika *** (dibattitu)
 17.Ħin tal-votazzjonijiet
  
17.1.Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika *** (votazzjoni)
 18.Spjegazzjonijiet tal-vot
 19.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 20.Tkomplija tas-seduta
 21.Tifqigħa tal-Coronavirus (dibattitu)
 22.Id-drittijiet tal-popli indiġeni (dibattitu)
 23.L-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-Indja (dibattitu)
 24.Is-sitwazzjoni umanitarja urġenti fil-Gżejjer Griegi, speċjalment tat-tfal migranti - l-iżgurar tal-protezzjoni, tar-rilokazzjoni u tar-riunifikazzjoni tal-familji (dibattitu)
 25.Strateġija tal-UE għall-mobilità u t-trasport durabbli: miżuri meħtieġa sal-2030 u lil hinn (dibattitu)
 26.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 27.Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
 28.Deċiżjonijiet biex tiġi applikata proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati (Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura)
 29.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 30.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta tal-Ħamis 16 ta' Jannar 2020 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.08.


3. Seduta solenni - Jum Internazzjonali ta' Tifkira tal-Olokawst - il-75 anniversarju tal-liberazzjoni ta' Auschwitz

Mit-15.08 sal-16.10 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ta' Tifkira tal-Olokawst u tal-75 anniversarju tal-liberazzjoni ta' Auschwitz.

Il-vjolinċellist Mischa Maisky u l-pjanist Max Maisky fetħu bis-silta «Prayer» meħuda minn «Jewish Life» ta' Ernest Bloch.

Il-President u Liliana Segre, Senatriċi a Vita tar-Repubblika Taljana u superstita ta' Auschwitz, għamlu dikjarazzjonijiet introduttivi.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Ursula von der Leyen (President tal-Kummissjoni) għamlet diskors.

Il-kwartett Karski u l-mezzosoprana Naomi Couquet daqqew «Kaddish» ta' Maurice Ravel.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 16.10.)


4. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 16.16.


5. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


6. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Christian Sagartz minflok Karoline Edtstadler bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 23 ta' Jannar 2020.

L-awtoritajiet kompetenti Brittaniċi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Heather Anderson minflok Alyn Smith bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 27 ta' Jannar 2020.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Christian Sagartz u Heather Anderson jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


7. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Martin Buschmann ma baqax membru tal-Grupp GUE/NGL b'effett li jiddekorri mid-data 29 ta' Jannar 2020.

Huwa jieħu postu fost il-Membri mhux affiljati.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mingħand il-Grupp Renew id-deċiżjonijiet li ġejjin li jemendaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat EMPL: Atidzhe Alieva-Veli ma baqgħetx membru

Kumitat AGRI: Atidzhe Alieva-Veli minflok Sheila Ritchie

Dawn id-deċiżjonijiet jibdew ikollhom effett mill-ġurnata tal-lum.


9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura, il-kumitati EMPL u ECON iddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li ġejjin:

Kumitat EMPL

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEM) (COM(2018)0380 – C8-0231/2018 – 2018/0202(COD)) - pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0019;

Kumitat ECON

—   Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365 (COM(2016)0856 – C8-0484/2016 – 2016/0365(COD)) - pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0300.


10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President informa li, flimkien mal-President tal-Kunsill, dakinhar ser jiffirma dan l-att adottat f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja mis-sena finanzjarja 2021 u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri fir-rigward tas-sena kalendarja 2020 (00095/2019/LEX - C9-0012/2020 - 2019/0253(COD)).


11. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Settembru 2019 hija disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament.


12. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti regoli ta' produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (C(2020)00051 - 2020/2516(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1254/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-unitajiet ta' ventilazzjoni residenzjali (C(2020)00142 - 2020/2526(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Pollakka tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/208 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (C(2020)00187 - 2020/2530(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 21 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE)2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards dwar il-bażijiet tad-data għaċ-ċertifikati ta' kwalifika tal-Unjoni, il-kotba tar-rekords tas-servizz u l-ġurnali ta' abbord (C(2020)00248 - 2020/2528(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN, EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq (C(2020)00255 – 2020/2527(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tat-trattament tad-derivattivi OTC b'rabta ma' ċerti titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati għal finijiet ta' ħħeġġjar (C(2019) 8950 – 2019/3011(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 17 ta' Diċembru 2019 fuq talba tal-kumitat kompetenti

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON


13. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta' ventilazzjoni (D064375/02 - 2020/2517(RPS) - skadenza: 13 ta' April 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (D065323/01 - 2020/2529(RPS) - skadenza: 22 ta' April 2020)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI


14. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (COM(2020)0022 - C9-0007/2020 - 2020/0006(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

REGI

opinjoni :

BUDG, EMPL, ENVI, ITRE, TRAN, AGRI

- Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2020)0023 – C9-0008/2020 – 2018/0196(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 322(1) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri dwar din il-proposta

irriferut

responsabbli :

REGI

opinjoni :

BUDG, CONT, ECON, EMPL, ENVI, TRAN, AGRI, PECH, LIBE, FEMM

- Ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020 [01] - C9-0009/2020 - 2020/0902(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020 [02] - C9-0010/2020 - 2020/0903(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0006/2020 - C9-0011/2020 - 2020/0904(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (12362/2019 - C9-0013/2020 - 2019/0182(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET

2) mill-kumitati parlamentari

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (21105/3/2018 - C9-0148/2019 - 2018/0427(NLE)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Guy Verhofstadt (A9-0004/2020)

- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (N9-0003/2020 - C9-0006/2020 - 2020/0901(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0008/2020)

- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[[01]] - C9-0009/2020 - 2020/0902(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0009/2020)

- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0006/2020 - C9-0011/2020 - 2020/0904(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0010/2020)

- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0005/2020[[02]] - C9-0010/2020 - 2020/0903(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0011/2020)

- Rapport dwar il-verifika tal-kredenzjali (2019/2180(REG)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Lucy Nethsingha (A9-0015/2020)


15. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Jannar II (PE 646.752/PDOJ).

Wara konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, il-President ipproporna dawn l-emendi (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-epidemija tal-coronavirus ser jiżdiedu bħala l-ewwel punt tal-Aġenda ta' filgħaxija, wara l-ħin għall-votazzjoni. Is-seduta ġiet estiża sa 00:00.

Il-Ħamis

Dawn il-punti ser jiżdiedu fil-ħin tal-votazzjoni:
- "Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3): Il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet - diossidu tat-titanju";
- żewġ rapporti ta'
Irene Tinagli dwar il-"Ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni";
- rapport ta'
Irene Tinagli dwar il-"Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni";
- rapport ta'
Irene Tinagli dwar il-"Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)";
- rapport ta'
Lucy Nethsingha dwar il-"Verifika tal-kredenzjali".

Il-Parlament qabel dwar dawn il-mozzjonijiet.

L-iskadenzi għat-tressiq dwar ir-rapport ta' Lucy Nethsingha dwar il- "Verifika tal-kredenzjali" ġew stabbiliti kif ġej:
-
emendi: l-Erbgħa 29 ta' Jannar 2020 fis-18:00.
- talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma:
l-Erbgħa 29 ta' Jannar 2020 fid-21:00.

Barra minn hekk, il-President ġie kkonsultat dwar dawn it-talbiet għal emendi:

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiġi emendat it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Strateġija tal-UE għall-mobilità u t-trasport: miżuri meħtieġa sal-2030 u lil hinn" għal "Strateġija tal-UE għall-mobilità u t-trasport durabbli: miżuri meħtieġa sal-2030 u lil hinn".

Interventi ta': Elena Kountoura, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Barbara Thaler kontra t-talba.

B'VE (263 vot favur, 202 kontra, 8 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex mill-aġenda jitneħħa d-dibattitu dwar l-"Emenda tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-2019 tal-Indja" (punt 16 tal-PDOJ).

Interventi ta': Thierry Mariani f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba, Michael Gahler li ppropona, f'isem il-Grupp PPE, li l-votazzjoni rigward ir-riżoluzzjoni dwar "L-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-Indja" ssir fis-sessjoni parzjali ta' Marzu II 2020 u Shaffaq Mohammed kontra t-talba tal-Grupp ID.

B'VSI (111 vot favur, 356 kontra, 12 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp PPE biex il-votazzjoni rigward ir-riżoluzzjoni dwar "L-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-Indja" (punt 16 tal-PDOJ) titmexxa għas-sessjoni parzjali ta' Marzu II 2020.

Intervent ta': Scott Ainslie kontra t-talba.

B'VE (271 vot favur, 199 kontra, 13 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal, bħala r-raba' punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Is-sitwazzjoni fil-Brażil fir-rigward tal-prosekuzzjoni tal-ġurnalist Amerikan-Brażiljan Glenn Greenwald".

Interventi ta': Clare Daly, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Kati Piri kontra t-talba.

B'VSI (141 vot favur, 313 kontra, 28 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt fl-Aġenda ta' filgħodu, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-"Bidliet proposti fil-liġi elettorali tar-Rumanija".

Interventi ta': Simona Bonafè f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, u Esteban González Pons kontra t-talba.

B'VSI (136 vot favur, 302 kontra, 31 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt tal-Aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-"Rispons tal-UE għad-devastazzjoni wara l-għargħar fi Spanja".

Intervent ta': Diana Riba i Giner f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba.

B'VE (354 vot favur, 72 kontra, 26 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Intervent ta': Sergey Lagodinsky (Il-President iċċara xi punti).


16. Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika *** (dibattitu)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [21105/3/2018 - C9-0148/2019 - 2018/0427(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Guy Verhofstadt (A9-0004/2020)

Guy Verhofstadt ippreżenta r-rakkomandazzjoni.

Interventi ta': Nikolina Brnjac (President fil-kariga tal-Kunsill) u Ursula von der Leyen (President tal-Kummissjoni).

Intervent ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta': Philippe Lamberts, dwar it-tmexxija tad-dibattitu (il-President iċċarat xi punti), Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Nathalie Loiseau f'isem il-Grupp Renew, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerolf Annemans f'isem il-Grupp ID, Daniel Hannan f'isem il-Grupp ECR, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage Membru mhux affiljat, Danuta Maria Hübner, Richard Corbett, Caroline Voaden, Jill Evans, Jörg Meuthen, Geoffrey Van Orden, Martina Anderson, Mislav Kolakušić, Esteban González Pons, Pedro Silva Pereira, Bill Newton Dunn, Gwendoline Delbos-Corfield, Antonio Maria Rinaldi, Geert Bourgeois, Matt Carthy, Seán Kelly, Domènec Ruiz Devesa, Naomi Long, Molly Scott Cato, Jaak Madison, Anthea McIntyre, David McAllister, Katarina Barley, Luisa Porritt, Aileen McLeod, Laura Huhtasaari, Nosheena Mobarik, Esther de Lange, Theresa Griffin, Sheila Ritchie, Jordan Bardella, Vangelis Meimarakis, Brando Benifei, Judith Bunting, Siegfried Mureşan, Martin Horwood u François-Xavier Bellamy.

PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

Interventi ta': Michel Barnier (Kap tat-Task Force għar-Relazzjonijiet mar-Renju Unit ) u Nikolina Brnjac.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 17.1 tal-Minuti ta' 29.1.2020.


17. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli fis-sit web tal-Parlament.


17.1. Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [21105/3/2018 - C9-0148/2019 - 2018/0427(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Guy Verhofstadt (A9-0004/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0018)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

Il-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ.

Il-membri, bilwieqfa, kantaw Auld Lang Syne.

Il-President, wara li għamel diskors, iffirma l-ittra ta' trasmissjoni lill-Kunsill.


18. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit web tal-Parlament.

L-ispjegazzjonijiet tal-vot orali ser isiru l-Ħamis 30 ta' Jannar 2020.


19. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiddaħħlu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness għall-minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament.

Il-verżjoni elettronika tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' ġimagħtejn wara l-aħħar ġurnata tas-sessjoni plenarja.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 18.43.)


PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

20. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 18.45.


21. Tifqigħa tal-Coronavirus (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tifqigħa tal-Coronavirus 2020/2511(RSP)

Nikolina Brnjac (President fil-kariga tal-Kunsill) u Stella Kyriakides (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Jytte Guteland f'isem il-Grupp S&D, Véronique Trillet-Lenoir f'isem il-Grupp Renew, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Silvia Sardone f'isem il-Grupp ID, Joanna Kopcińska f'isem il-Grupp ECR, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Esther de Lange, Heléne Fritzon, Nicolae Ştefănuță, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tomislav Sokol, Francisco Guerreiro, Simona Baldassarre, Dolors Montserrat, Miriam Dalli, Katalin Cseh, Luisa Regimenti, Ewa Kopacz, Nicolás González Casares, Andreas Glück, Edina Tóth, Tudor Ciuhodaru, Maria da Graça Carvalho u Milan Brglez.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eugen Tomac, Manuel Pizarro u Liudas Mažylis.

Interventi ta': Stella Kyriakides u Nikolina Brnjac.

Id-dibattitu ngħalaq.


22. Id-drittijiet tal-popli indiġeni (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Id-drittijiet tal-popli indiġeni (2019/3015(RSP))

Helena Dalli (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Isabel Santos f'isem il-Grupp S&D, Stéphane Bijoux f'isem il-Grupp Renew, Anna Cavazzini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antoni Comín i Oliveres, Nacho Sánchez Amor, María Soraya Rodríguez Ramos u Marie Toussaint.

PRESIDENZA: Ewa KOPACZ
Viċi President

Intervent ta': Neena Gill.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Robert Hajšel, Sandra Pereira u Fabio Massimo Castaldo.

Intervent ta': Helena Dalli.

Id-dibattitu ngħalaq.


23. L-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-Indja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: L-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tal-Indja (2019/2519(RSP))

Helena Dalli (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, John Howarth f'isem il-Grupp S&D, Dinesh Dhamija f'isem il-Grupp Renew, Scott Ainslie f'isem il-Grupp Verts/ALE, Thierry Mariani f'isem il-Grupp ID, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, Idoia Villanueva Ruiz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fabio Massimo Castaldo Membru mhux affiljat, Neena Gill, Shaffaq Mohammed, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Eugen Tomac, Anna Bonfrisco, Phil Bennion u France Jamet.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Silvia Sardone.

Intervent ta': Helena Dalli.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ser jitressqu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ser jitħabbru 'l quddiem.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: sessjoni parzjali ta' Marzu II.


24. Is-sitwazzjoni umanitarja urġenti fil-Gżejjer Griegi, speċjalment tat-tfal migranti - l-iżgurar tal-protezzjoni, tar-rilokazzjoni u tar-riunifikazzjoni tal-familji (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni umanitarja urġenti fil-Gżejjer Griegi, speċjalment tat-tfal migranti - l-iżgurar tal-protezzjoni, tar-rilokazzjoni u tar-riunifikazzjoni tal-familji (2020/2520(RSP))

Nikolina Brnjac (President fil-kariga tal-Kunsill) u Ylva Johansson (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Elissavet Vozemberg-Vrionidi f'isem il-Grupp PPE, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Maite Pagazaurtundúa f'isem il-Grupp Renew, Erik Marquardt f'isem il-Grupp Verts/ALE, Annalisa Tardino f'isem il-Grupp ID, Emmanouil Fragkos f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Damian Boeselager, Konstantinos Arvanitis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michaela Šojdrová, Ioannis Lagos Membru mhux affiljat, Lena Düpont, Pietro Bartolo, Jan-Christoph Oetjen, Tineke Strik, Gilles Lebreton, Patryk Jaki, Anne-Sophie Pelletier, Kostas Papadakis, Michaela Šojdrová, Juan Fernando López Aguilar, Damian Boeselager, Raffaele Stancanelli, Nikolaj Villumsen, Karlo Ressler, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Nikos Androulakis, Traian Băsescu, Isabel Wiseler-Lima, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Erik Marquardt, Anna-Michelle Asimakopoulou u Jiří Pospíšil.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Sandra Pereira u Ljudmila Novak.

Interventi ta': Ylva Johansson u Nikolina Brnjac.

Id-dibattitu ngħalaq.


25. Strateġija tal-UE għall-mobilità u t-trasport durabbli: miżuri meħtieġa sal-2030 u lil hinn (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Strateġija tal-UE għall-mobilità u t-trasport durabbli: miżuri meħtieġa sal-2030 u lil hinn (2020/2518(RSP))

Adina-Ioana Vălean (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Heidi HAUTALA
Viċi President

Interventi ta': Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE, Johan Danielsson f'isem il-Grupp S&D, José Ramón Bauzá Díaz f'isem il-Grupp Renew, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Roman Haider f'isem il-Grupp ID, Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Elena Kountoura f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ivan Vilibor Sinčić Membru mhux affiljat, Barbara Thaler, Ismail Ertug, Caroline Nagtegaal, Ciarán Cuffe, Philippe Olivier, Angel Dzhambazki, João Ferreira, Antoni Comín i Oliveres, Sven Schulze, Giuseppe Ferrandino, Izaskun Bilbao Barandica, Tilly Metz, Beata Mazurek, Benoît Lutgen, Isabel García Muñoz, Clotilde Armand, Anna Deparnay-Grunenberg, Raffaele Stancanelli, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Pablo Arias Echeverría, Vera Tax, Andrey Novakov u Maria Spyraki.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Traian Băsescu, Maria Grapini, Valter Flego, Bogdan Rzońca u Eugen Tomac.

Intervent ta': Adina-Ioana Vălean.

Id-dibattitu ngħalaq.


26. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:

Jiří Pospíšil, Tamás Deutsch, Rory Palmer, Maria Grapini, Valter Flego, Francisco Guerreiro, Maria Walsh, Traian Băsescu, Julie Lechanteux, Sandra Pereira, Belinda De Lucy, Radan Kanev, Lina Gálvez Muñoz, Radka Maxová, Eugen Tomac, Domènec Ruiz Devesa, Irena Joveva, Pernando Barrena Arza, Peter Pollák, Isabel García Muñoz, Andrea Caroppo, Hermann Tertsch, John David Edward Tennant, Tsvetelina Penkova, Marc Botenga u Robert Rowland.


27. Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Kumitati AFET, INTA

- Rapport dwar il-mandat propost għal negozjati mar-Renju Unit (2020/2023(INI))
(opinjoni: DEVE, BUDG, CONT, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, IMCO, TRAN, REGI, AGRI, PECH, CULT, JURI, LIBE, AFCO, FEMM, PETI) (Artikolu 114 tar-Regoli ta' Proċedura)


28. Deċiżjonijiet biex tiġi applikata proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati (Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Rapport dwar il-mandat propost għal negozjati mar-Renju Unit (2020/2023(INI))
Kumitati: AFET, INTA
(opinjoni: DEVE, BUDG, CONT, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, IMCO, TRAN, REGI, AGRI, PECH, CULT, JURI, LIBE, AFCO, FEMM, PETI)


29. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 646.752/OJJE).


30. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.51.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adamowicz Magdalena, Ademov Asim, Adinolfi Isabella, Adinolfi Matteo, Aguilera Clara, Ainslie Scott, Alexandrov Yordanov Alexander, Alfonsi François, Alieva-Veli Atidzhe, Allard Christian, Amaro Álvaro, Ameriks Andris, Anderson Christine, Anderson Martina, Anderson Heather, Andresen Rasmus, Andrieu Eric, Androuët Mathilde, Androulakis Nikos, Annemans Gerolf, Ansip Andrus, Arena Maria, Arias Echeverría Pablo, Arimont Pascal, Arłukowicz Bartosz, Arvanitis Konstantinos, Asimakopoulou Anna-Michelle, Auštrevičius Petras, Avram Carmen, Azmani Malik, Baldassarre Simona, Balt Marek Paweł, Bardella Jordan, Barley Katarina, Barrena Arza Pernando, Bartolo Pietro, Băsescu Traian, Basso Alessandra, Bauzá Díaz José Ramón, Bay Nicolas, Bearder Catherine, Beck Gunnar, Beer Nicola, Beghin Tiziana, Beigneux Aurelia, Bellamy François-Xavier, Benea Adrian-Dragoş, Benifei Brando, Benjumea Benjumea Isabel, Bennion Phil, Beňová Monika, Bentele Hildegard, Berendsen Tom, Berg Lars Patrick, Berger Stefan, Bergkvist Erik, Bernhuber Alexander, Biedroń Robert, Bielan Adam, Bijoux Stéphane, Bilbao Barandica Izaskun, Bilčík Vladimír, Bilde Dominique, Bischoff Gabriele, Biteau Benoît, Bizzotto Mara, Björk Malin, Blaga Vasile, Blaško Hynek, Blinkevičiūtė Vilija, Bloss Michael, Bocskor Andrea, Boeselager Damian, Bogdan Ioan-Rareş, Bogovič Franc, Bompard Manuel, Bonafè Simona, Bonfrisco Anna, Borchia Paolo, Botenga Marc, Botoş Vlad-Marius, Bourgeois Geert, Boyer Gilles, Breyer Patrick, Brglez Milan, Bricmont Saskia, Brophy Jane, Brudziński Joachim Stanisław, Bruna Annika, Brunet Sylvie, Buchheit Markus, Buchner Klaus, Buda Daniel, Bullmann Udo, Bunting Judith, Buschmann Martin, Buşoi Cristian-Silviu, Bütikofer Reinhard, Buzek Jerzy, Calenda Carlo, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Canfin Pascal, Carême Damien, Caroppo Andrea, Carthy Matt, Carvalhais Isabel, Carvalho Maria da Graça, Casa David, Caspary Daniel, Cavazzini Anna, Chabaud Catherine, Chahim Mohammed, Chaibi Leila, Charanzová Dita, Chastel Olivier, Chinnici Caterina, Chowns Ellie, Christoforou Lefteris, Cimoszewicz Włodzimierz, Ciuhodaru Tudor, Číž Miroslav, Colin-Oesterlé Nathalie, Collard Gilbert, Comín i Oliveres Antoni, Conte Rosanna, Corbett Richard, Corrao Ignazio, Crețu Corina, Cutajar Josianne, Czarnecki Ryszard, van Dalen Peter, Dalli Miriam, Daly Clare, D'Amato Rosa, Dance Seb, Danielsson Johan, Danjean Arnaud, Danti Nicola, Da Re Gianantonio, David Ivan, Davies Chris, De Castro Paolo, Decerle Jérémy, Delbos-Corfield Gwendoline, Deli Andor, Delli Karima, De Lucy Belinda, De Man Filip, Demirel Özlem, Deparnay-Grunenberg Anna, De Sutter Petra, Deutsch Tamás, Didier Geoffroy, Dlabajová Martina, Dobrev Klára, Dodds Diane, Doleschal Christian, Donato Francesca, Dorfmann Herbert, Dowding Gina, Dreosto Marco, Duda Jarosław, Düpont Lena, Durá Ferrandis Estrella, Durand Pascal, Ďuriš Nicholsonová Lucia, Dzhambazki Angel, Ehler Christian, Eickhout Bas, England Kerr Andrew, Eppink Derk Jan, Ernst Cornelia, Eroglu Engin, Ertug Ismail, Estaràs Ferragut Rosa, Evans Jill, Evi Eleonora, Evren Agnès, Fajon Tanja, Falcă Gheorghe, Farage Nigel, Farreng Laurence, Federley Fredrick, Ferber Markus, Fernandes José Manuel, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Ferreira João, Fest Nicolaus, Fiocchi Pietro, Fitto Raffaele, Flanagan Luke Ming, Flego Valter, Fotyga Anna, Fourlas Loucas, Fox Claire, Fragkos Emmanouil, Franssen Cindy, Franz Romeo, Freund Daniel, Fritzon Heléne, Fuglsang Niels, Gahler Michael, Gál Kinga, Gálvez Muñoz Lina, Gamon Claudia, Gancia Gianna, García Del Blanco Ibán, García Muñoz Isabel, Gardiazabal Rubial Eider, Garicano Luis, Gebhardt Evelyne, Geese Alexandra, Geier Jens, Georgiou Giorgos, Georgoulis Alexis, Geuking Helmut, Ghinea Cristian, Giarrusso Dino, Gibson Barbara Ann, Giegold Sven, Gieseke Jens, Gill Neena, Gill Nathan, Glancy James Alexander, Glück Andreas, Goerens Charles, González Mónica Silvana, González Casares Nicolás, González Pons Esteban, Grant Valentino, Grapini Maria, Gregorová Markéta, Griffin Theresa, Griset Catherine, Grošelj Klemen, Grudler Christophe, Gualmini Elisabetta, Guerreiro Francisco, Guetta Bernard, Guillaume Sylvie, Gusmão José, Guteland Jytte, Gyöngyösi Márton, Gyürk András, Habib Ben, Hahn Henrike, Haider Roman, Hajšel Robert, Halicki Andrzej, Hannan Daniel, Hansen Christophe, Häusling Martin, Hautala Heidi, Hava Mircea-Gheorghe, Hayer Valérie, Hazekamp Anja, Heaver Michael, Heide Hannes, Heinäluoma Eero, Herbst Niclas, Herzberger-Fofana Pierrette, Hlaváček Martin, Hohlmeier Monika, Hojsík Martin, Holmgren Pär, Hölvényi György, Homs Ginel Alicia, Hook Antony, Hortefeux Brice, Howarth John, Hübner Danuta Maria, Huhtasaari Laura, Huitema Jan, Incir Evin, in 't Veld Sophia, Jadot Yannick, Jahr Peter, Jakeliūnas Stasys, Jaki Patryk, Jalkh Jean-François, Jamet France, Jarubas Adam, Jongerius Agnes, Jordan Christina Sheila, Joron Virginie, Joveva Irena, Juknevičienė Rasa, Jurgiel Krzysztof, Jurzyca Eugen, Juvin Herve, Kaili Eva, Kalinowski Jarosław, Kalniete Sandra, Kammerevert Petra, Kanev Radan, Kanko Assita, Karas Othmar, Karleskind Pierre, Karlsbro Karin, Karski Karol, Katainen Elsi, Kefalogiannis Manolis, Keller Fabienne, Keller Ska, Kelly Seán, Kempa Beata, Kirton-Darling Jude, Kizilyürek Niyazi, Kloc Izabela-Helena, Knotek Ondřej, Kofod Peter, Kohut Łukasz, Kokalari Arba, Kokkalis Petros, Kolaja Marcel, Kolakušić Mislav, Konečná Kateřina, Kopacz Ewa, Kopcińska Joanna, Körner Moritz, Kósa Ádám, Köster Dietmar, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Kovatchev Andrey, Krah Maximilian, Krasnodębski Zdzisław, Krehl Constanze, Kruk Elżbieta, Kubilius Andrius, Kuhs Joachim, Kuźmiuk Zbigniew, Kympouropoulos Stelios, Kyuchyuk Ilhan, Lagodinsky Sergey, Lagos Ioannis, Lalucq Aurore, Lancini Danilo Oscar, Lange Bernd, de Lange Esther, Laporte Hélène, Lebreton Gilles, Lechanteux Julie, Lega David, Leitão-Marques Maria-Manuel, Lenaers Jeroen, Lewandowski Janusz, Liberadzki Bogusław, Liese Peter, Lins Norbert, Lizzi Elena, Loiseau Nathalie, Løkkegaard Morten, Long Naomi, López Aguilar Juan Fernando, López-Istúriz White Antonio, Lowe Rupert, Luena César, Łukacijewska Elżbieta Katarzyna, Lundgren Peter, Lutgen Benoît, McAllister David, McGuinness Mairead, McIntyre Anthea, McLeod Aileen, Madison Jaak, Maestre Martín De Almagro Cristina, Majorino Pierfrancesco, Maldeikienė Aušra, Maldonado López Adriana, Manda Claudiu, Manders Antonius, Mariani Thierry, Marinescu Marian-Jean, Marquardt Erik, Marques Margarida, Marques Pedro, Martusciello Fulvio, Matias Marisa, Matić Predrag Fred, Maurel Emmanuel, Mavrides Costas, Maxová Radka, Maydell Eva, Mayer Georg, Mazurek Beata, Mažylis Liudas, Meimarakis Vangelis, Melbārde Dace, Melchior Karen, Melo Nuno, Metsola Roberta, Metz Tilly, Meuthen Jörg, Michels Martina, Mihaylova Iskra, Mikser Sven, Milazzo Giuseppe, Millán Mon Francisco José, Miller Leszek, Mobarik Nosheena, Modig Silvia, Mohammed Shaffaq, Monteith Brian, Montserrat Dolors, Moraes Claude, Morano Nadine, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Mortler Marlene, Możdżanowska Andżelika Anna, Müller Ulrike, Mummery June Alison, Mureşan Siegfried, Nagtegaal Caroline, Nart Javier, Nethsingha Lucy, Neuser Norbert, Newton Dunn Bill, Nica Dan, Niebler Angelika, Niedermayer Luděk, Nienaß Niklas, Niinistö Ville, Nikolaou-Alavanos Lefteris, Nistor Gheorghe-Vlad, Noichl Maria, Novak Ljudmila, Novakov Andrey, Olbrycht Jan, Olekas Juozas, Olivier Philippe, Omarjee Younous, Overgaard Nielsen Henrik, Pagazaurtundúa Maite, Palmer Rory, Panza Alessandro, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis Dimitrios, Patriciello Aldo, Patten Matthew, Paulus Jutta, Pekkarinen Mauri, Peksa Mikuláš, Pelletier Anne-Sophie, Penkova Tsvetelina, Pereira Sandra, Pereira Lídia, Petersen Morten, Phillips Alexandra Lesley, Picierno Pina, Picula Tonino, Pieper Markus, Pietikäinen Sirpa, Pignedoli Sabrina, Pineda Manu, Piri Kati, Pîslaru Dragoș, Pizarro Manuel, Plumb Rovana, Polčák Stanislav, Polfjärd Jessica, Poręba Tomasz Piotr, Porritt Luisa, Pospíšil Jiří, Pugh Jake, Puigdemont i Casamajó Carles, Radačovský Miroslav, Radev Emil, Radtke Dennis, Rafaela Samira, Rafalska Elżbieta, Rangel Paulo, Regimenti Luisa, Regner Evelyn, Rego Sira, Reil Guido, Reintke Terry, Ressler Karlo, Riba i Giner Diana, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Riquet Dominique, Rivasi Michèle, Rivière Jérôme, Roberti Franco, Rodríguez-Piñero Inma, Rodríguez Palop Eugenia, Rodríguez Ramos María Soraya, Rónai Sándor, Rondinelli Daniela, Rooken Rob, Roos Robert, Roose Caroline, Ropė Bronis, Rougé André, Rowett Catherine, Rowland Robert, Ruissen Bert-Jan, Ruiz Devesa Domènec, Sagartz Christian, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Sander Anne, Sant Alfred, Santos Isabel, Sardone Silvia, Sarvamaa Petri, Saryusz-Wolski Jacek, Sassoli David Maria, Satouri Mounir, Schaldemose Christel, Schieder Andreas, Schmiedtbauer Simone, Schneider Christine, Scholz Helmut, Schreinemacher Liesje, Schulze Sven, Schuster Joachim, Schwab Andreas, Seekatz Ralf, Séjourné Stéphane, Semedo Monica, Semsrott Nico, Sikorski Radosław, Silva Pereira Pedro, Šimečka Michal, Simon Sven, Sinčić Ivan Vilibor, Sippel Birgit, Skyttedal Sara, Slabakov Andrey, Smeriglio Massimiliano, Šojdrová Michaela, Sokol Tomislav, Solís Pérez Susana, Sonneborn Martin, Spurek Sylwia, Spyraki Maria, Stancanelli Raffaele, Stanishev Sergei, Stedman-Bryce Louis, Štefanec Ivan, Ştefănuță Nicolae, Stegrud Jessica, Strik Tineke, Strugariu Ramona, Szájer József, Szydło Beata, Tajani Antonio, Tang Paul, Tarabella Marc, Tardino Annalisa, Tax Vera, Tennant John David Edward, Terheş Cristian, Thaler Barbara, Thun und Hohenstein Róża, Tice Richard, Tinagli Irene, Tobé Tomas, Toia Patrizia, Tolleret Irène, Tomac Eugen, Tomaševski Valdemar, Tomašić Ruža, Tomc Romana, Toom Yana, Torvalds Nils, Tošenovský Evžen, Tóth Edina, Toussaint Marie, Tovaglieri Isabella, Trillet-Lenoir Véronique, Tudose Mihai, Ujhelyi István, Urbán Crespo Miguel, Urtasun Ernest, Ušakovs Nils, Vaidere Inese, Vana Monika, Van Brempt Kathleen, Vandendriessche Tom, Van Orden Geoffrey, Van Overtveldt Johan, Van Sparrentak Kim, Vautmans Hilde, Vedrenne Marie-Pierre, Verheyen Sabine, Verhofstadt Guy, Vilimsky Harald, Villanueva Ruiz Idoia, Vincze Loránt, Vind Marianne, Virkkunen Henna, Voaden Caroline, Vollath Bettina, Vondra Alexandr, Von Wiese Irina, Voss Axel, Vozemberg-Vrionidi Elissavet, Vrecionová Veronika, Wallace Mick, Walsh Maria, Walsmann Marion, Warborn Jörgen, Ward Julie, Waszczykowski Witold Jan, Weimers Charlie, Weiss Pernille, Wells James, Widdecombe Ann, Wieland Rainer, Winkler Iuliu, Winzig Angelika, Wiseler-Lima Isabel, Wiśniewska Jadwiga, Wölken Tiemo, Wolters Lara, Yenbou Salima, Yon-Courtin Stéphanie, Zacharopoulou Chrysoula, Zahradil Jan, Zalewska Anna, Zambelli Stefania, Zanni Marco, Zarzalejos Javier, Ždanoka Tatjana, Zdechovský Tomáš, Zīle Roberts, Zimniok Bernhard, Złotowski Kosma, Zoido Álvarez Juan Ignacio, Zorrinho Carlos, Zovko Željana, Zullo Marco, Zver Milan

Skużati:

Al-Sahlani Abir, Ceccardi Susanna, Furore Mario, Kyrtsos Georgios, Monteiro de Aguiar Cláudia, Ochojska Janina, Procaccini Nicola, Rees-Mogg Annunziata Mary, Sidl Günther, Vuolo Lucia

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Awwissu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza