Wara l-kompożizzjoni l-ġdida tal-Parlament (punt 5 tal-Minuti ta' 10.2.2020) u l-kompożizzjoni numerika tal-kumitati adottata fil-15 ta' Jannar 2020 (punt 10.1 tal-Minuti ta' 15.1.2020), il-President għarrfet li hija kienet irċeviet il-ħatriet għall-kumitati mingħand il-gruppi politiċi u s-segretarjat tal-Membri mhux affiljati, skont l-Artikolu 209 tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-listi tal-kompożizzjonijiet nominattivi tal-kumitati huma ppubblikati fis-sit tal-internet tal-Parlament u mehmuża mal-Minuti preżenti (Anness 1 tal-Minuti ta' 10.2.2020).
° ° ° °
Interventi ta': Manon Aubry skont l-Artikolu 125 u l-Anness 7 tar-Regoli ta' Proċedura (il-President wieġbet li l-mistoqsija se tiġi riferuta lill-President tal-Parlament) u Sandra Pereira.