Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 10k
It-Tnejn, 10 ta' Frar 2020 - Strasburgu

9. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar 2020 (PE 647.408/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, bħala l-ħames punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar, mistoqsija orali dwar il-libertá tal-espressjoni fid-dawl taż-żieda fil-fundamentaliżmu reliġjuż.

Interventi ta': Jérôme Rivière f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba, François-Xavier Bellamy biex idaħħal dan il-punt fid-dibattitu dwar "Il-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu fl-Ewropa kollha" (punt 41 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda) u Jérôme Rivière, li aċċetta din il-proposta.

B'VE (150 favur, 198 kontra, 4 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta l-proposta kif inhi emendata.

B'VSI (77 favur, 278 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba inizjali tal-Grupp ID.

Talba tal-Grupp Renew bil-għan li jiddaħħlu, bħala t-tieni punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ksur tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2017/2074 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela - dħul illegali ta' persuni inklużi fil-lista ta' sanzjonijiet fit-territorju ta' Stat Membru tal-UE.

Interventi ta': Jordi Cañas f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifika t-talba, u Javier Moreno Sánchez kontra t-talba.

B'VE (189 favur, 159 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament approva din it-talba.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-għan li jiġu posposti l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni rigward il-"Konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam" (punt 12 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda), kif ukoll l-approvazzjoni tal-konklużjoni tal-ftehim (punt 14 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda) għas-sessjoni parzjali li jmiss.

Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li jiġu rtirati mill-Aġenda l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni rigward il-"Konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam" (punt 12 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda), kif ukoll l-approvazzjoni tal-konklużjoni tal-ftehim (punt 14 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda), u l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni rigward il-”Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment UE-Vjetnam(punt 24 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda) kif ukoll l-approvazzjoni tal-konklużjoni tal-ftehim (punt 13 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda).

Interventi ta': Emmanuel Maurel f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jitlob għar-rapport tal-votazzjoni, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba tal-Grupp Verts/ALE, u Geert Bourgeois (rapporteur) kontra dawn it-talbiet.

B'VSI (110 favur, 246 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba tal-Grupp GUE/NGL.

B'VSI (121 favur, 231 kontra, 12 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba tal-Grupp Verts/ALE.

Talba tal-Grupp PPE bil-għan li tiddaħħal, bħala l-aħħar punt tal-Aġenda, mistoqsija oral għall-Kummissjoni dwar internet aħjar għat-tfal.

Intervent ta': Jan Olbrycht f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (283 vot favur, 59 kontra, 23 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-għan li jiddaħħal, bħala s-sitt punt tal-Aġenda, dibattitu dwar l-intervent ta' erba' Stati Membri rigward ir-reviżjoni tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE.

Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba, u Jonás Fernández kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta din it-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet UE-Stati Uniti bħala l-ewwel punt tal-Aġenda. Konsegwentement, is-sessjoni tal-Ħamis se tibda fid-9.00.

Interventi ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Christophe Hansen kontra t-talba.

B'VSI (164 vot favur, 195 kontra, 8 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp PPE bil-għan li tiddaħħal, bħala l-ewwel punt tal-Aġenda, mistoqsija orali għall-Kummissjoni dwar Strateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" - ir-rwol fundamentali tal-bdiewa u taż-żoni rurali. Konsegwentement, is-sessjoni tal-Ħamis se tibda fid-9.00.

Intervent ta': Norbert Lins f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament approva din t-talba.

Talba tal-Grupp Renew bil-għan li jitneħħa mill-aġenda d-dibattitu dwar "Id-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tat-tifqigħa tal-Coronavirus" (punt 52 tal-Abbozz Definittiv tal-Aġenda).

Interventi ta': Jan Huitema f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifika t-talba, Esther de Lange biex titlob li d-dibattitu dwar "Id-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tat-tifqigħa tal-Coronavirus" titressaq għall-Erbgħa, u Jan Huitema li ta l-approvazzjoni tiegħu għal din il-proposta.

Il-Parlament approva l-proposta kif inhi emendata.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Intervent ta': Fabio Massimo Castaldo.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza