Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000008/2020) imressqa minn Petra de Sutter, f'isem il-Kumitat IMCO, lill-Kummissjoni: Proċessi deċiżjonali awtomatizzati: l-iżgurar tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi (B9-0007/2020)
Petra de Sutter daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Pablo Arias Echeverría f'isem il-Grupp PPE, Maria Manuel Leitão Marques f'isem il-Grupp S&D, Dita Charanzová f'isem il-Grupp Renew, Virginie Joron f'isem il-Grupp ID, Alexandra Geese f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Miroslav Radačovský Membru mhux affiljat, Tomislav Sokol, Christel Schaldemose, Stéphane Séjourné, Edina Tóth, Evelyne Gebhardt, Karen Melchior, Jiří Pospíšil u Brando Benifei.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Valter Flego u Patrick Breyer.
Intervent ta': Thierry Breton.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Petra de Sutter, f'isem il-Kumitat IMCO, dwar proċessi deċiżjonali awtomatizzati: niżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur u l-moviment liberu tal-merkanzija u tas-servizzi (2019/2915(RSP)) (B9-0094/2020).