Il-President informa li ddeċieda, b'konformitá mal-Artikolu176(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li jissanzjona lil Ioannis Lagos talli ħoloq diżordni fis-seduta tad-29 ta' Jannar 2020 billi uża linwaġġ inġurjuż u wera, u mbagħad qatta', karta li kienet qed tissimbolizza bandiera nazzjonali.
Is-sanzjoni tikkonsisti fit-telf tad-dritt għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu ta' sebat ijiem u fis-sospensjoni temporanja tal-parteċipazzjoni tal-Membru fl-attivitajiet tal-Parlement Ewropew u l-organi tiegħu għal perjodu ta' erbat ijiem konsekuttivi li jibda mill-11 ta' Frar 2020.
Huwa ġie nnotifikat b'din id-deċiżjoni llum, u jista' jagħmel rikors intern kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Bureau b'konformitá mar-Regoli ta' Proċedura.