Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Frar 2020 - Strasburgu

5. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li temenda l-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prova tal-kwalifiki formali u t-titoli tal-korsijiet tat-taħriġ (C(2020)00229 - 2020/2546(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 3 ta' Frar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u għall-prodotti, għall-parts u għall-apparati ajrunawtiċi mar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (C(2020)00336 - 2020/2536(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 28 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta' annimali akkwatiċi (C(2020)00415 - 2020/2544(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI, ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (C(2020)00416 - 2020/2545(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI, ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jidderoga mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-programmi ta' appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid (C(2020)00423 - 2020/2543(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 30 ta' Jannar 2020

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli għas-sorveljanza, il-programmi ta' eradikazzjoni u l-istat ta' ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (C(2019)04056 – 2019/3000(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 17 ta' Diċembru 2019

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn supplementari fuq talba tal-Parlament Ewropew

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI, ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta' garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (C(2019)08956 – 2019/3005(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 17 ta' Diċembru 2019

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn supplementari fuq talba tal-Parlament Ewropew

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Mejju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza